Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Messaġġ tar-Radju

Intervista lill-Kappillan Emeritu Kan. George Bezzina

Dun Gorg, llum Radio Sacro Cuor qed jiccelebra l-10 Anniversarju mill-ftuh tieghu. X'kien li gaghlek tiftah radju tal-komunita fil-Parrocca taghna?

Jien kien ilni diga madwar hames snin naghmel il-programm "Nisimghek" fuq l-R.T.K. u rajt x' potenzjalita kbira fih dan il-mezz ta' komunikazzjoni socjali.  Barra minn hekk gharaft ukoll li l-pulptu taghna dak iz- zmien, ahseb u ara illum, 10 snin wara ma kienx ghadu l- ambone fil- knisja, daqskemm ir- Radju.

Mir- respons li kien ikolli minn bosta Maltin u Ghawdxin kif ukoll barranin, gharaft kemm hutna li jghixu wehidhom xi drabi mahkumin mis- solitudni;  kemm il-morda fl- isptarijiet, fid- djar tal- anzjani u fi djarhom;  kemm nies li forsi ma jistghux jew ma jsibux hin biex imorru jisimghu konferenza f'xi post - jistghu jsibu l- farag u s-solljev tat-tbatija minn djarhom stess permezz tar-radju.

Jien li kien ilni kwazi disa' snin Kappillan tal- parrocca tal-Qalb ta' Gesu, gharaft li fil- parrocca taghna, bhal kull parrocca ohra, tezisti wkoll din ir-realta. Allura tlabt u hsieb x'possibilita hemm li fil- komunita jkollna Radju, fejn kulhadd u f'area akbar mit- territorju parrokkjali taghna - li hu pjuttost zghir - nistghu noffru dan is-servizz.

Minnufih u bla telf ta' zmien, avvicinajt lis-Sur George Schembri biex nara x'possibilita hemm li din il-Holma u x-xewqa tirrealizza ruhha, u mal-ewwel sibt appogg.  Anzi kienet l- offerta tieghu li joffri l-licenzja persunali tieghu ghas-servizz tal-parrocca. U ta' dan minn qalbi nixtieq rroddlu hajr u nitlob fuqu l- Barka tal-Qalb ta' Gesu, ghal tant u tant gid li hareg mir- Radio Sacro Cuor matul dawn is- snin ta' trasmissjoni.

X'diffikultajiet kellek thabbat wiccek maghhom ?

Id-diffikultajiet kienu bosta. Kien hemm dawk ekonomici, kien hemm dawk tat-tmexxija responsabbli tax-Xandir, u kien hemm ukoll kumbatt minn gewwa, ta' dawk li ma fehmux x'ifisser radju komunitarju jekk mhux ukoll rawh bhala lussu zejjed jew anke biex ma nkunux ahjar minn haddiehor. Niftakru li dan kien wiehed mill-ewlenin Radju komunitarji fil-gzejjer taghna, jekk mhux sejjer zball kien il-hames wiehed wara dawk tan-Nadur, tal-Qala, tax-Xewkija u tax-Xaghra.

Nibdew bid-diffikultajiet ekonomici: Biex tiftah radju huma mehtiega l-finanzi. U jien bl-ebda mod ma ridt inkun ta' piz fuq il-parrocca u l-parroccani li dejjem sibthom lesti b'idejhom miftuha biex joffru l-ghajnuna ghal kull appell li kont naghmlilhom. Min-Naha l-ohra wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li ma kienx radju kummercjali, u allura ma kienx hemm possibilita ta' dhul mir-reklami, apparti li fil-parrocca ftit hemm possibilita ta' reklamar ghall-fatt li ftit li xejn huma l-hwienet jew stabilimenti li jezistu fit-territorju parrokkjali. Imma l-ghajnuna tal-Qalb ta' Gesu ma naqsitx - u dan kien konferma ghalija kemm Gesu ried li l-parrocca thaddan dan il-metodu gdid ta' Evangelizazzjoni gdida. U dawk li kien mdorrijin isegwuni fil-programm "Nisimghek" fehmu l-iskop u l-importanza tar-Radju u bdew jaghtu donazzjonijiet (apparti mill-parroccani) biex jitwaqqaf fl-iqsar zmien possibbli.

Nghaddu ghad-diffikultajiet ta' tmexxija responsabbli: Diffikulta li habbatt wicci maghha qabel il-ftuh tal-istazzjon kienet kif ser nghaddi l-vizjoni tieghi lill-ohrajn. Minghajr vizjoni cara u konvinzjoni, wiehed ma jistax ikun daqstant responsabbli. U jien fhimt, li bhala bniedem wahdi ma stajtx noffri dak li xtaqt. Allura ghamilt appell lil min jixtieq joffri servizz fir-radju, biex jigi ghal-laqgha li nzammet fic-Centru. Bqajt sorpriz bin-numru ta' voluntieri mhegga li gew ghal din il-laqgha u dan baqa' jzidli l-hegga u d-determinazzjoni tieghi ghal dan l-istazzjon. Pero d-diffikulta li fegget kienet li ftit li xejn dawn l- individwi kienu mharrga ghal dan l-appostolat gdid. Imma jien dejjem emmint, li jekk trid tharreg nies f'xi hidma, aghtihom cans jiskopru dak li hemm mohbi fihom u b'hekk jakkwistaw huma wkoll certu tahrig esperjenzali.

Shaqt hafna maghhom fuq ir-responsabbilita ta' dak li jkunu ser jittrasmettu. Kull wiehed u wahda minna hu responsabbli ta' dak li jghid, tal-messagg li jrid iwassal. Bl-ebda mod ma kont qed nohnoq jew nillimita lil xi hadd; imma li kulhadd irid ikun responsabbli. Ghalhekk il-programmi ghandhom jithejjew bit-talb, bl-imhabba lejn is-semmiegha u lejn kull minn ikun ser jissemma.

Insemmi wkoll il-kumbatt minn gewwa: jien kont nistenna li mhux kulhadd kien ser ikun kuntent, specjalment dawk li ma jifhmux bizzejjed l-importanza li radju komunitarju jokkupa fil-hajja pastorali. Mhux kulhadd kien konxju ta' dan! Imma kont niddejjaq meta wiehed jikkritika u jopponi forsi bla bzonn. Imma l-konvinzjoni tieghi baqghet timbuttani biex nimxi 'l quddiem, sakemm din il-holma saret realta. Bosta mbaghad kienu dawk li filwaqt li fil-bidu kienu kritici, imbghad setghu jifhmu l-ghaliex ridt indahhal ir-radju komunitarju.

Dun Gorg, kien hemm xi mumenti ta' sodisfazzjoni ?

Naccertak, li mhux biss kien hemm mummenti ta' sodisfazzjoni, imma wkoll mumenti ta' sorprizi kbar. X' ma thossx hena f'qalbek, meta tisma l-anzjani, il-morda u dawk li ma johorgux mid-dar li jisimghu u jsegwu kollox ! Kont issibhom mkahhlin mar-Radju, u huma stess icempluli biex jghiduli li jew xi haga mhix sejjra sew, jew kemm kien ta' pjacir ghalihom it-tali programm. Bosta kienu jghidu kemm tghallmu permezz tar-Radju, ghax kellom hin isegwuh il-gurnata kollha, u mhux biss ghal xi konferenza jew priedka. Ohrajn kienu jistqarru li qishom qeghdin il-knisja u allura mhux aktar maqtugha mill-komunita, anzi partecipi f'dak kollu li jkun qed isehh. U xi nghid ghall-programmi li kienu jnisslu tbissima fuq wicc min kien ikun imdejjaq u mtaqqal bit-tbatija u l-mard! Programmi bhal dawn kienu jistennewhom minn gimgha ghal ohra.

Semmejt is-sorprizi. Forsi mhix sorpriza meta tisma lil xi emigrant mill-Australia, l-Amerika jew l-Ingilterra fost l-ohrajn ikellmu lill-gheziez taghhom b'mod dirett f'xi programm live? Forsi mhix sorpriza meta tara kemm nies kienu jidhlu fil-website taghna u jhallu l - kummenti taghhom? U xi nghidu mbaghad ghal dik il-komunikazzjoni bejn familja u ohra u dawk ir-recordings ta' persuni anzjani li wara li ma jkunux ghadhom maghna jibqghu jinstemghu fuq ir-Radju! Forsi mhux ta' konsolazzjoni meta familjari jibqghu jisimghu repetizzjoni ta' xi programm li kienu hadu sehem fih xi whud mill-gheziez taghhom (illum mejtin), u jibqghu jisimghuhom jitkellmu fuq iz-zmien tat-tfulija taghhom u tal-imghoddi! Dan huwa l-arkivju ta' dan ir-radju li ghandu jinzamm bl-ikbar ghozza. Certi programmi illum tixtieq kemm tixtieq ma taghmilhomx imma l-persuni jibqghu hajjin biss permezz tar-Radju.

U xi nghidu ghal dawk il-mumenti meta wiehed seta jsegwi dawk il-funzjonijiet sbieh li kienu jinzammu fil-knisja Santwarju taghna; funzjonijiet li setghu jgawdu maghna anke l-gheziez emigranti u dawk kollha li kellhom l-access ghall-internet! Tassew meravilja li ma tafx konfini!

B' harsa 'l quddiem, ghandek xi suggeriment x'taghmel?

L-ewwel nett nghid grazzi minn qalbi lil kull min b'mod jew iehor ghen f'dawn l-ghaxar snin ta' trasmissjoni.  Bosta kienu d-diffikultajiet, imma wisq akbar is-sodisfazzjonijiet kemm ta' kull min offra xi servizz kif ukoll ta' min segwa r-radju taghna.

 

U allura quddiem dan il-gid spiritwali u kulturali li jista' jinkiseb permezz tar-radju, jien nezortakom biex thabirku halli dan il-gid fi hdan il-parrocca jibqa' u ma jintemmx fix-xejn. Nappella lil kull min jista' jaghti sehmu billi ma jibqax lura u joffri xi programm. Hu ta' gid ghall- komunita u anke ghalik innifsek ghax tkun tista' tapplika l-kelmiet li "meta taghti, inti taqla". Niftakru li bosta warajna mxew fuq il-passi taghna u dan jawgura tajjeb lir-Radju taghna. Ghaliex le, it-tajjeb ghandu jigi imitat!

Ftakru li jekk sallum kienu l-gheziez genituri, nanniet u zijiet, morda u anzjani taghna li gawdew mir-Radju, illum jew ghada tista' tkun int li ghad tfittex dan il-kemm u l-farag  fir-Radju tieghek. Allura apprezza llum u ghati dak li tista' biex din l-opra mhux biss tibqa' , imma tissahhah u tkun ta' gid ghalina u wirt mill-aktar siewi ghal ta' warajna. Tkunux indifferenti, imma ftakru kemm kien ta' farag u kenn ghall-gheziez taghna li forsi illum ma ghadhomx maghna jekk mhux fil-Qalb, fil-hsieb, fl-imhabba u forsi fir-Radju b'xi intervista li hallewlna!!!

Jiena, filwaqt li f'dan l-Ghaxar anniversarju minn qalbi nirringrazzja lil kull min ta s-sehem imprezzabbli tieghu ghas-success tar-radju taghna, nixtieq ukoll b'harsa lejn il-gejjini, nawgura aktar hidma specjalment lil dawk li fil-prezent u fil-futur ghadhom u ghad joffru dan is-servizz. Ghalhekk inhoss li nkun nonqos minn dmiri u zgur li inthom taqblu mieghi jekk ma nirringrazzjax lis-Sinjorina Francine Spiteri li f'koordinament mas-Sur George Schembri tidderiegi l-imsemmi Radio Sacro Cuor.

Francine, grazzi u kuragg. Anke meta tara l-maltemp riesaq, ftakar li bhala dirigenti trid tkun mhegga bizzejjed biex theggeg lil haddiehor. Naf li ghandek dan l-ispirtu, u nitlob lil Qalb ta' Gesu biex ikompli jkattar fik din il-hegga. Nixtieq ukoll nuri l-apprezzament tieghi lil min tant b'ugiegh ta' ras jorganizza l-lotteriji bhala fund raising, b'risq l-istess Radju.

Jien certissimu li b'din il-hidma mhux biss ghandkom sehem kbir mill-Evangelizazzjoni u s-success ta' Radio Sacro Cuor, imma l-Qalb ta' Gesu jitfa fuqkom kull Barka mis-sema ghal din il-hidma xejn facli.

Fl-ahhar nixtieq minn qalbi nghid grazzi lis-semmiegha kollha u nheggigkom biex tkomplu ssostnu r-Radju bit-talb, bis-sehem u l-partecipazzjoni taghkom, bl-apprezzament u l-inkuraggiment lil min qed joffri dan is-servizz, u fl-ahhar, imma xejn inqas, bid-donazzjonijiet taghkom favur din il-hidma ta' evangelizzjoni tant mehtiega fi zmiena. U lil dawk is-semmiegha li ma ghadhomx maghna, u li tant ghenu ghas-success, nitolbu fuqhom il-mistrieh ta' dejjem fil-Paci ta' Kristu.

Grazzi u Awguri Radio Sacro Cuor

Il-Qalb ta' Gesu tberikkom ikoll.