Ġamri Attard (Benefattur)
Gamri tal-Arcipriet twieled ir-Rabat Ghawdex fl-1880. Trabba ma Mons. Felic Refalo, Arcipriet tar-Rabat u ghalhekk kienu jghidulu tal-Arcipriet. Mons. Refalo kien dak l-Arcipriet li lilu, Dun Guzepp Hili, Vicendarju (qisu kappillan) tal-knisja tal-Qalb ta' Gesu fil-Fontana, kitiblu biex jitolbu jaghti l-permess halli dil-knisja ssir Parrocca. kien kiteb ukoll lill kapitlu katidrali meta rcieva r-risposta minn Ruma li hekk jehtieg li jsir. Dan gara f'Awisuu tal-1910. It-tnejn qalu IVA.
Sa dan it-tant Gamri taghna emigra lejn l-Amerika. Dam 19 il-xahar biex sab xoghol sew. F'dan il-perjodu kien jaqla xi haga billi jqassam ir-reklami fid-djar tan-nies.
Malli beda jaqla xi sod mill-ewwel ftakar fil-knisja taghna, li kient saret parrocca fl-1911 (27 ta' Marzu). Hu kien jaf li l-Kappillan Dun Guzepp Hili kien qieghed ipitter il-koppla u ghalhekk baghatlu l-flus biex jithallsu 3 lunetti li jirraprezentaw l-Evangelisti San Luqa, San Gwann u San Mattew.
Meta gie lura mill-Amerika intefgha b'ruhu u gismu t-Triq tal-Ghajn, ghalkemm baqa joqghod ir-Rabat, f'dan li mbaghad halla lill-knisja fi Strada Sant' Andrija. Kien jarma d-damask fil-festa titulari u f'dik ta' Sant' Andrija, jarma l-altari kollha u zzejjinhom b'xoghol mill-isbah tal-fjuretti tal-granutell, sbieh sal-llum 60 sena wara. F'dak ix-xoghol kien dejjem mghejjum mill-mejjet Leli Schembri (tas-Sagristan) u minn Toni Farrugia (l-Iskarpan)
Fl-1926 Gamri hareg minn butu Lm140 ohra biex ghamel il-kor tant sabih tal-knisja taghna. Xi snin wara, meta kien kappillan Mons. Mikiel Grech (1949 - 1956) Gamri rega hallas Lm700 ohra biex sar il-lampier ta' nofs il-knisja, li fih 25 ratal fidda u mahdum bl-idejn. Ried ukoll li l-qabar li kien xtara fic-Cimiterju ta' Santa Marija iservi biex jindifnu fih is-Sacerdoti tal-Parrocca tat-Triq tal-Ghajn. Xtaq ukoll li l-funeral tieghu isir fil-knisja taghna.
Darba, quddiemi, xi hadd qal dan Gamri gie mill-Amerika u mbaghad beda jerfa l-mejtin ma kienx jaf min qal hekk li, terfa fil-mejtin hi haga qaddisa u li Gamri kien jerfa mill-mejtin biex jakkwista l-flus biex jghin lill knisja. Kitbulu sew fis-Santa Rikordju. Giovanni Marija Attard, ragel karitattiv u ezemplari, ghadda hajtu fl-imhabba t’ Alla, ihabbrek ghad-djar tieghu.
Il-messagg ta' Gamri tal-Arcipriet ghalina hu wiehed ha jkun kull wiehed minna jista jghid bhalu. Mulej inhobb it-tizjin ta' Darek, il-post fejn jghammar sebbhek! (mis-Salmi) jehtieg li t-tempju tal-Qalb ta' Gesu jibqa l-mimmi t'ghajnejna u l-ghaxqa ta' qalbna bhal ma kien it-tempju ta' Gerusalemm ghall-Lhud. Kull wiehed minna jehtieg jghin kif u kemm jista. Alla hares ghad tkun tisthoqillna c-canfira li Alla ghamel lil Lhud fi zmienu il-Profeta Haggaj Kiltu u ma xbajtux, ilbistu u ma shantux! Ghalliex? Ghax waqt li huma kienu jghammru f'palazzi lussuzi, it-Tempju kienu ittraskurawh u hallewh rovina, Le! Bhal Gamri ahna rridu nidhlu f'pika qaddisa biex BIL-PREZENZA taghna ghal kull ma jsir fil-knisja u bil-kontribut taghna wkoll, il-knisja tal-Qalb ta' Gesu tkun tassew GAWHRA tad-Djocesi taghna.
Dan Artiklu hareg f'Ghajn il-Kbira ( 2003 )
|