Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Il-Kwadru Titulari

L-attrazzjoni principali tul dawn il-hmistax festi kien il-kwadru titular, xoghol tal-pittur Malti Giuseppe Cali ( 1846 – 1930 ). Kien ordnat f’April 1902 meta tlesta l-gwarnicun tal-gebel fil-kor. L- ghazla tal-pittur kienet naturali ghax dik il-habta is-sahhar tal-pittura Maltija kien fl-aqwa tieghu.
Cali ma damx ma hejja abbozz – xoghol ispirat mir-realizmu artistiku li tieghu Cali kien lokalment l-aqwa mghallem. L-abbozz intghogob u Cali lesta l-kwardu f’nofs l-1904. Ingieb il-Fontana nhar l-10 ta’ Mejju. Sewa £25 u hallsitu s-Sinjura Karmena Agius minn tas-Sliema. Talbet hi stess li thallsu minhabba d-devozzjoni li kellha lejn il-Qalb ta’ Gesu. L-Isqof Camilleri, li, kif ghidna, kien weighed li ser ihallsu hu, qatghalha xewqitha u wara hallas wiehed mil-kwadri laterali.
Bejn wiehed u iehor, il-kwadru fih kompozizzjoni mibnija fuq trijangolu. Il-Ghajn tintlaqat mill-figura centrali ta’ Kristu u mill-qalb imdawla b’dawl spirtwali. L-id il-leminija ta’ Kristu tidher merfugha u minn hawn wiehed jista’ jigbed linja dijagonali li tizzerzaq mal-piegi tal-libsa u tibqa’ niezla ma’ rigel l-anglu li jidher izomm l-arma ta’ Ghawdex. Dan l-anglu fih hlewwa kbira u jahbat jigbed wisq attenzjoni. Izda biex izomm bilanc, il-pittur qieghed tliet figuri ohra fin-naha l-ohra tal-kwadru li qeghdin jixorbu jew jittalbu l-ilma tal-hajja, simbolizzat fl-ghajn taht riglejn Gesu. Fil-warrani ta’ din il-gemgha, anglu iehor jidher ikennen it-tirrenju, simblu tal-Vigarju ta’ Kristu fuq l-art, il-Papa.
Il-hila ta’ Cali fid-disinn tidher cara hafna fl-immodellar tal-figuri. Izda tolqot l-iktar l-armonija fl-ilwien, il-bilanc u l-kuntrast ta’ kuluri shan u keshin. L-ahmar ta’ libset Kristu, ripetut fis-salib fuq sider l-anglu, fil-pinzellati f’ras il-figura fuq quddiem net u fil-ward ighum f’wicc l-ghajn, johloq kuntrast mal-ilwien kiesha fil-mantar ta’ Kristu u f’libset l-imsemmija figura. Din l-armonija, flimkien mad-dawl li jolqot lil xi whud mill-figura, huma l-elementi li jorbtu l-kwadru u jaghtuh l-unita. Il-kontrapposto, jigifieri dan kuntrast, jidher ukoll bejn il-linji dritti u arkitettonici tal-ghajn u t-tarag f’riglejn Gesu u l-liwjiet u l-qaghdiet fil-binja ta’ whud mill-figuri. Jolqotna wkoll is-sens ta’ hass : it-tikmix fid-drapp u l-piegi li jaqghu bi grazzja u hlewwa naturali.
Il-kwadru tal-Qalb ta’ Gesu bid-dinjita tieghu, bis-sincerita artistika li fih u bid-disinn zviluppat b’reqqa u teknika fina huma xiehda hajja tal-personalita qawwija tal-artist li holqu.