Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Jum il-Konsagrazzjoni

Nhar id-29 ta’ Jannar, 1905, eghluq it-tnax-il sena mit-tqeghid tal-ewwel gebla kien ser jahbat il-Hadd. Ghaldaqstant  sar sforz kbir minn Dun Guzepp, mill-poplu u mill-haddiema kollha halli l-knisja titlesta sa dakinhar. U rnexxielhom!
Is-Sibt, 24 ta’ Jannar, l-isqof Camilleri mexxa translazzjoni sollenni lejn l-oratorju fejn fuq l-artal espona r-relikwi ta’ San Alessandru, San Lucidu u San Massimu martri, relikwi li kellhom jindifnu fl-artal maggur. Beda mbaghad lejl ta’ talb, u minkejja li fil-ghaxija ghamlet halba silg, il-poplu kkonkorra bi hgaru. F’nofs il-lejl tkanta l-matutin tal-martit.
Ic-cerimonja tal-konsagrazzjoni bdiet fis-sebgha ta’ filghodu u damet sejra sal-hdax nieqsa kwart. L-Isqof Camilleri l-ewwel dar mal-knisja minn barra u berikha, imbaghad dahal gewwa u kompla c-cerimonja sollenni bil-konsagrazzjoni tat-tnax-il salib u tal-artal maggur. Dritt wara qaddes ghall-ewwel darba fuq l-artal maggur Dun Guzepp Hili, li min dakinhar sar ufficjalment ir-Rettur tal-knisja. Kien hemm quddies iehor f’nofsinhar u fis-siegha.
Wara nofsinhar tkanta l-Ghasar bil-muzika u Dun Alfonz Hili ghamel priedka li fiha spejga c-cerimonja ta’ filghodu. Fit-tmiem il-Vigarju Generali ntona t-Te Deum u ta l-Barka Sagramentali. Stqarr wiehed li kien hemm: il-Knisja kien fiha ghaxqa u ghagbet lil kulhadd.
Fil-5 ta’ Frar, meta kellhom jigu fit-tmiem il-festi tal-Konsagrazzjoni. L-Isqof inzerta indispost u ghalhekk il-jum fethu b’quddiesa sollenni Dun Guzepp Grima, li allura kien Penitenzier il-Katidral u li kien hu l-ewwel li holom b’dik il-knisja. Wara sar l-eghluq tal-ezercizzi u l-ghotja tal-Barka Papali li saret b’delega minn Dun Guzepp Hili. Il-Kanonku Teologu Dun Alwig Vella mexxa mbaghad gurnata adorazzjoni. Fis-disgha, il-Kanonku Lettur Monsinjur Alfonz Hili, li allura kien sar ukoll segretarju tal-Isqof, iccelebra l-quddiesa kantata.
Sadattant, minkejja li kien ilu hafna li sebah, is-sema ddallam, nefah rih qawwi, u ghamlet maltempata qalila. Raghad u beraq, xita u silg, kulhadd beza’ li l-festi ser ikollhom jieqfu hemm. Izda ghall-hin tal-Ghasar, ix-xita waqfet u r-rih naqas hafna. U fl-erbgha, bl-iskantament ta’ kulhadd bdiet hierga l-purcissjoni sagramentali.
Hadu sehem il-fratellanzi kollha tar-Rabat, il-kleru regulari u sekulari, u folla kbira ta’ nies. Refa’ s-sagrament Monsinjur Hili, minflok l-Arcipriet tal-Katidral, Monsinjur Felic Refalo, li ma kienx jiflah. Fit-tmiem inghatat il-Barka Sagramentali.
Filghaxija, il-Banda La Stella ghamlet marc u programm minghajr ebda hlas. U fit-tmiem taw giggiforju mill-isbah. Iktar tard, b’tifkira tat-tqeghid tal-ewwel gebla u tal-festi tal-Konsagrazzjoni tqieghu zewg skrizzjonijiet wahda kull naha tal-bieb maggur.