Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Niċeċ fil-Fontana

Fis-seklu sittax, fir-rahal taghna kienet tezisti kappella ckejkna ddedikata lil Santa Liena. Dil-kappella kienet inbniet minn certa familja Refalo li sahansitra hallitilha erbat itmiem raba'. Mid-dhul taghhom, nhar il-festa tal-qaddiesa, kienet titqaddes quddiesa u bdew jaghmlu wkoll daqsxejn ta' festa. Izda gara li fl-1575, il-Vizitatur Apostoliku Mons. Pietro Dusina tant sab dil-kappella f'kundizzjoni hazina li qabad u pprofanaha.

Mijiet ta' snin wara din il-grajja, xi sajjieda mill-Fontana thajru kieku jibnu kappella mill-gdid imma kienu fqar wisq biex imiddu ghonqhom ghal din l-intrapriza. Qatghuha li jaghmlu gabra bejniethom u talinqas jibnu nicca quddiem il-qasam ta' Mulejja, fil-faccata tad-dar li llum ggib in-Nru. 111. F'din in-nicca l-gdida, poggew fiha statwa helwa tas-Salvatur.

Dehrilhom li kien xieraq li f'din in-nicca, quddiem il-qasam ta' Mulejja, ipoggu fiha x-xbieha tal-Mulej.  In-nies ta' dawk l-inhawi kellhom devozzjoni kbira lejn din l-istatwa, tant li tista tghid kuljum kien jinqala xi proxxmu u joffri kwartin zejt halli jixeghlu lumina lill-Mulej. Darba minnhom, xi hadd gieh il-hsieb iwahhal kaxxa tal-hadid gol-hajt, ezatt taht in-nicca, halli min ikun ghaddej jithajjar jitfa xi habba jew habbtejn. L-idea bdiet thalli l-frott. Tant bdew jizdiedu l-offerti li kull sena, nhar il-festa tas-Salvatur li kienet tahbat fis-6 ta' Awwissu, bdiet issir mixeghla bil-fjakkli kif ukoll xi loghob hafif tan-nar. Sahansitra bdew jistiednu  l-banda La Stella biex tiehu sehem f'din il-festa. Ta' min izid jghid li, biz-zmien, din-nicca tas-Salvatur kebbset l-ewwel xrara biex tibda tinbena l-knisja li ghandna llum. Fis-sena 2007, il-kunsill Lokali kien qabbad lil Guzeppi Sagona sabiex jirrestawra din l-istatwa tas-Salvatur.

L isfel minn din in-nicca, ezattament fuq l-Ghajn il-Kbira, insibu nicca ohra, bl-istatwa tal-Madonna tar-Rummiena (2). Jinghad li fix-xahar ta' Lulju kienet issir festa quddiemha; kienu wkoll izejnu bil-qasab li kien jikber bl-abbundanza f'dawk l-inhawi. Id-dawl li kien ikun hemm quddiemha kien isir bil-fjakkli. Fl-ahhar restawr li sarilha hadmulha gwarnic u fanal gdid. Nicca ohra li tinsab fi Triq tal-Ghajn tinsab fil-kantuniera tad-dar Nru. 75 bl-istatwa tad-Duluri (3), maghmula mill-gebel. Din id-dar hija proprjeta ta' Anton u Mikelina Farrugia li wirtuha minghand zijuhom Guzeppi Cini li kien devot kbir tad-Duluri. Nicca ohra tad-Duluri tinsab fi Trejqet Bieb il-Ghajn, proprjeta ta' Guza Schembri.
Fl-istess Triq tal-Ghajn ghandna zewg nicec ohra. Mad-dar Nru. 266 tinsab nicca ddedikata lil San Guzepp (4). Din kienet ta' Guzeppi Cini li kien jigi n-nannu tal-kappillan Dun Gwann Cini. Fuq il-bieb Nru. 221 insibu nicca ddedikata lill-Madonna tal-Annunzjata (5), proprjeta ta' Lonza Mizzi.

Nicca tal-Madonna tas-Sokkors (6) tinsab fil-genb tad-dar Nru. 40 li tmiss ukoll ma' Triq  il-Kappillan Hili. Din l-istatwa tal-gebel kienet darba tinsab faccata tal-forn antik tal-ahwa Guzeppi, Gorg u Angelu Cini. Gorg kien jghid ir-ruzarju kuljum quddiem din l-istatwa. meta jasal fil-glorja, kien idoqq il-qanpiena. Dil-qanpiena gie li kienet tintema mill-boghod, sahansitra anki mill-Munxar. Meta Gorg halliena, ir-ruzarju beda jintqal min-neputi tieghu Guzeppi, izda dan kien jghidu biss fix-xahar ta' Ottubru. Fix-xahar ta' Lulju it-tfal tal-Fontana kienu jhobbu jaghmlu festa quddiem din in-nicca. Barra li jzejnuha, kienu jisparaw xi musketterija magenbha. Maz-zmien, parti minn din id-dar waqghet biex infethet Triq il-kappillan Hili. Wigi Cordina xtara l-kumplament tad-dar li kien ghad baqa'. U meta bena d-dar, ha hsieb li jibni nicca u jqieghed fiha l-istatwa ta' din il-Madonna. Nicca li kien fiha x-xbieha tal-Madonna ta' Lourdes (7), qrib il-knisja, illum m'ghandhiex tezisti; id-dar li kienet ta' Roza Mercieca, illum Alla jahfrilha, twaqqghet m'ilux. Mad-dar Nru. 51 kienet tezisti nicca bl-istatwa ta' San Pawl, li kienet inhadmet fis-sena 1767. Sfortunatament, illum din-nicca hija vojta (8). Zewg nicec ohra vojta jinsabu fi Triq l-Isqptar (9), statwa minnhom, dik tal-Qalb ta' Gesu, insterqet minn xi ruh devota wara li gew nieqsa sidien id-dar Nru.27. F'din l-istess triq insibu nicca ddedikata lil Sant' Antnin ta' Padova (10), f'kantuniera tad-dar Nru. 27 . Sant Antnin huwa mlibbes ta' patri Kapuccin. Dan ghaliex il-proprjetarju taghha kien terzjarju tal-kapuccini.

Illum il-gurnata, xi whud minn dawn in-niecec helwin ftit li xejn naghtu kas taghhom imma jkun dnub jekk nittraskurawhom. Ta' min jibza ghalihom ghaliex huma parti mill-kultura tal-poplu u xi ftit minnhom jifformaw anki parti mill-istorja tar-rahal taghna.

  • Ir-Rahal tal-Fontana u Leggenda : Mary Rose Vella Haber u Anton Attard.
  • Fontana u Grajjietha: Joe Bezzina.