|
Il-Fontana ta' Tfuliti
Ser nitkellem dwar il-Fontana ta' erbghin sena ilu. Kulhadd kien jirreferi ghall-parrocca bhala t-Triq tal-Ghajn, ghax bazikament il-lokalita kollha kienet tikkonsisti minn triq wahda b'dak l-isem. It-triq l-Isptar San Giljan konna nafuha bhal it-triq ta taht u t-triq l-ohra li kienet tghaqqad it-triq tal-Ghajn il-gdida. Din kienet dik li llum hija triq il-kappillan Guzepp Hili li kien l-ewwel kappillan (1911 - 1937). It-toroq l-ohra, bhal Triq il-Qalb ta' Gesu ta hdejn it-Tomba, Triq San Martin, Triq il-Kardinl Alessandro Franchi u Triq il-Gvernatur Sir Gaspard Le Marchant li jinsabu lejn in-naha ta' Santa Dminka, ma kienux jezistu. L-istess nistghu nghidu ghal Triq is-sajjieda u Triq ta' Mulejja ta' wara l-knisja. Dawn il-positijiet kienu ghelieqi fejn konna nilaghbu.
Xi loghob ta' zmieni
Dawn l-inhawi ta' wara l-knisja kienu l-post li l-iktar kont niffrekwenta meta ma kontx inkun l-iskola. Hemm flimkien ma shabi kont inqatta l-hin nilghab il-partita li kienet tikkonsisti minn nofs tuzzana zaghak (li kienu flok il-bocci li jintuzaw illum) ta' daqs ta' laringa mizbugha kulur u nofs tuzzana ohra tal-istess daqs muzbughin kulur iehor. Ma dawn kien ikun hemm il-likk li kienet caghka ta daqs izghar li kienet titwaddab il boghod. Konna ninqasmu tims ta zewg jew wiehed kontra wiehed u l-loghba kienet tikkonsisti minn l-iktar iqarreb il-bocca tieghu lejn il-likk. Naturalment xi drabi ikun hemm bzonn li l-bocca (caghka fil-kaz taghna) tkun trid titnehha billi tkun garata bocca ohra immirata lejha. Loghba ohra tipika kienet tikkonsisti filli ninqasmu f'zewg gruppi, grupp wiehed kien jaghmilha ta hallelin u l-grupp l-iehor ta pulizija. Naturalment kull grupp kellu l-kap tieghu li dejjem kien xi hadd li kien juri sinjali ta tmexxija sa minn meta kien ghadu zghir, ghalkemm b'xorti hazina hadd minna ma uzu dawn il-kapacitajiet iktar il-quddiem f'hajtu! Ahna ovvjament kellna noqoghdu ghall-ordnijiet tieghu. Hafna drabi dan mhux kapacitajiet ta kap kien jkollu, imma kien ikun l-aqwa bully tar-rahal. Kien ikun kapaci jiddomina lil kulhadd u l-loghba tiehu l-andament li kien irid hu. Illum nista nghid li dak iz-zmien jien ukoll xi kultant kont ikun il-vittma. Xi ftit ilu itqajt ma wiehed minn hbiebi tat-tfulija li kont ilni ma narah ghal snin twal ghax kien ilu imsiefer madwar tletin sena. Meta konna nitkellmu qalli: Tiftakar meta irbatniek ma sigra taparsi prigunier? Ghidtlu. Dazgur li niftakar!
Xi familji popolari
Fil-Fontana, peress li l-bajja tax-Xlendi hija fil-qrib, minn dejjem kien hawn numru ta' sajjieda u ghalhekk wahda mit-toroq godda kienet imsemmija Triq is-sajjieda, Il-familji kienu maghrufa bil-laqam taghhom. Fost l-iktar familji kienu maghrufa fil-Fontana niftakar tajjeb lil ta' Barnuza, t'Anni, ta' Marju, ta' Haxwex, tal-Faragus u ta' Milha, li kollha kienu sajjieda. Minn dawn il-familji hargu sajjieda gwappi. Hija hasra li llum ma tantx baqa' sajjieda fil-Fontana. Jiena kont midhla ta dawn is-sajjieda peress li fis-sajf kont dejjem ix-Xlendi. Imbaghad kien hemm numru ta' familji bdiewa li jew kienu jrabbu l-bhejjem jew kienu jahdmu r-raba'. Fost dawn niftakar lil ta' Borg li barra baqar dejjem kien ikollhom xi zwiemel tat-tigrija u ta' Fakond li kellhom merhla baqar mhux hazin. Dawn tal-ahhar baqghu b'dan ix-xoghol u llum kabbru u immodernizzaw il-farm taghhom skont il-ligijiet ewropej. Fix-xitwa l-loghob taghna kien ikun f'xi ghalqa wara l-knisja, fejn ta Fokond kien irabbi l-baqar, izda llum sar post abitat min-nies ta' Triq ta' Mulejja u l-baqar spiccaw marru f'post iehor.
Subborg tar-rabat
Bhala subborg tar-rabat diversi familji sabu ruhhom il-Fontana mhux ghax kienu mill-Fontana imma konvenjentament spiccaw jghixu fil-Fontana ghax huwa qrib ir-Rabat. Kien inbenna blokk ta' Flettijiet minn Mary Mejlak, il-poetessa Ghawdxija, fit-triq il-Gdida li fih kien hemm numru ta' nies mhux mill-Fontana. Illum, wara sittin sena, dan il-fenomenu rega rrepeta ruhu u faccata ta' dawn il-flettijiet qodma ttella blokk modern ta' appartamenti, fil-post li kien jissajjah ta' Bieb il-Ghajn. Min jaf kemm konna nigru fil-ghelieqi fejn illum jinsabu dawn l-appartamenti!
Incident gravi
Niftakar incident fejn kuginuwi kien wegga gravi bi spluzjoni ta' bomba. Jum minnhom il-kugin kien ma' xi ohrajn taht sigra tal-harrub f'ghalqa fejn semmejna jilghab b'bomba li kien sabu minn tal-festa. F'hin minnhom iil-bomba splodiet u l-kugin spicca b'idu mcarrta minn fuq ghal isfel. Jiena kont qrib nilghab ma xi tfal ohra u kulma niftakar huwa lill-kugin bi drieghu miftuh ktieb, kollu demm. L-iktar haga li impressjonatni mhux it-ticrita jew id-demm imma l-fatt li l-kugin lanqas biss beka jew ippanikja imma baqa kalm, ghatta b'maktur il-ferita sakemm haduh l-isptar.
Il-Loghob tan-Nar
It-tfal tal-Fontana minn dejjem kienu maghrufin li kienu dilettanti tan-nar. Il-bidu ta' kollox kien certu ragel qsajjar u kwiet, Ninu Farrugia, li kien gab mieghu s-sengha tal-pirotenika minn Malta. Huwa kien imghallem prim fit-teknika tal-hdim tan-nar u kien jahdem f'din is-sengha bl-akbar hila u precizjoni. It-tfal tieghu llum komplew b'dan ix-xoghol. Niftakru gej u sejjer bil-mixi qalb l-ghelieqi ta' bejn il-Fontana u ta' Kercem fejn kellu l-kamra tan-nar. Iktar tard fil-gurnata ta' kuljum, tifla minn tieghu kont naraha sejra b'qoffa bl-ikel u l-kafe lejn ta' Sarg, biex missierha u hutha jkomplu l-hidma taghhom minghajr ma jitilfu hin. Il-Fontana Brothers kienu numru ta' zghazagh mill-Fontana li kienu jghinu lil ta' Ninu, u biz-zmien saru huma ukoll esperti f'dan ix-xoghol perikoluz. Biz-zmien dan il-grupp sar ic-campjins ghall-hdim tan-nar tal-festa. Minkejja li l-Fontana kien rahal zghir, l-ammont ta' nar li kien ikun hemm fil-festa kien ikun tassew kbir, u kienu jigu eluf ta' nies biex isegwu l-kaxxa infernali li kellha certu ritmu u kwalita. Fontana Brothers kien il Brand name tal-Fontana. X'uhud ovvjament kienu kburin hafna bih ghax kien ifisser hila fil-piroteknika u kuragg. Halli ghalihom dawk li jaghmlu u jaharqu n-nar kemm kellhom ragun jiccelebraw l-bravura taghhom jew genn taghhom waqt il-marc tal-ahhar. Sfortunatament u b'dispjacir din il-fraternita illum spiccat ghax biz-zewg dizgrazzji li sehhew f'dawn l-ahhar sentejn, ir-rahal u Ghawdex kollu tilfu l-aqwa nies li kien hawn fil-piroteknika. Il-passjoni li kellhom ghan-nar kienet tant kbira li minkejja l-periklu enormi li dan ix-xoghol fih, huma xorta komplew jaghmlu sakemm in-natura qaltilhom... issa daqshekk!
Fost dawn id-dilettanti tan-nar hemm minnhom familjari tieghi. Din tan-nar kienet xi haga gol-familja. Kelli zijiet u kugini kemm min-naha ta' ommi u kemm min-naha ta' missieri li kienu jahdmu n-nar. Minn dawn hemm minn qal issa daqshekk u hemm min ghadu jippersisti! Jiena qatt ma kont dilettant tan-nar, ghajr forsi biex inhares lejh meta jkun jinharaq. Jiena qatt ma kelli hajra, anzi nibza min-nar, izda dejjem apprezzajt is-sogri li jiehdu. Dak iz-zmien ma kinux jaghmlu dan ix-xoghol ghall-qligh imma semplicement ghax kienu jhobbu lir-rahal u l-festa tal-Qalb ta' Gesu. Ftit minnhom ghadhom sa llum jaghmlu dan ix-xoghol, u meta narahom jarmaw il-giggifogu niftakar meta kont zghir u kont nazzarda noqghod hdejhom quddiem id-dar fejn konna noqghod waqt li kienu jintramaw dawk l-irdieden u s-suffarelli. Mhux l-ewwel darba li xi sufarell ha f'idejn xi hadd u harqu.
Duttrina u l-ewwel skola
Kien zmien meta l-hajja kienet ghadha kwieta u bhala tfal kellna iktar hin ghal-loghob. In-nofs siegha taghlim tad-dutrina filghaxija u l-quddiesa ta' filghodu kienu r-rutina ta' kuljum. Niftakar li l-lezzjoni tad-duttrina kienet issir mis-seminaristi waqt il-brejk taghhom ta' filghaxija. Fost dawn niftakar jigu jghallmuna lil ex-arciprieti, Dun Ewkarist Sultana tax-Xaghra u Dun Anton Sultana tal-Qala. Kien hemm seminarista iehor Malti, Dun Manwel Caruana li kien miz-Zurrieq u li wkoll sar kappillan f'Malta. Huma kienu jissagrifikaw il-mixja lejn ix-Xlendi biex jghallmuna d-duttrina. Niftakar lill-Mons Nikol Cauchi, l-Isqof Emeritus t'Ghawdex jaghmlilna xi laqgha ukoll. Kien hemm ukoll l-Azzjoni Kattolika. Il-lezzjonijiet kienu jkunu f'mahzen zghir li kien jinsab ftit il fuq mill-knisja fi Triq tal-Ghajn, u kienu jsiru minn Miss Gorga Galea li kienet ukoll l-ghalliema tieghi fl-ewwel sena tal-iskola primarja. peress li jiena naghlaq snini f'Jannar, meta f'Ottubru tas-sena 1960 gejt biex nibda l-iskola, kien ghad ma kellix hames snin u ghalhekk ma stajtx nibda ma shabi l-iskola tar-Rabat. Ma nafx kif l-iskola tax-Xewkija kienet taccetta tfal li ma kinux ghalqu l-hames snin u ghalhekk ommi hadet l-okkazjoni u baghtitni ma Miss Galea ix-Xewkija fejn kienet tghallem u l-ewwel esperjenza tal-edukazzjoni tieghi ghaddejtha fix-xewkija. Minn dik is-sena sibt lill-habib u kollega tieghi Dr John Xuereb Dingli li bqajna hbieb sal-gurnata tal-lum. Waqt iz-zghozija taghna min jaf kemm qattejna hin flimkien ingawdu l-kampanja bhala mistrieh mill-istudji li kien ikollna.
L-Azzjoni Kattolika u l-Oratorju
Gorga flimkien ma' ohtha Miss Camen kienu l-id l-leminija tal-kappillan u b'dedikazzjoni u impenn kienu jiehdu hsieb l-attivitajiet kollha li jsiru fil-parrocca. L-azzjoni Kattolika ma tantx kienet popolari fostna s-subien. Hafna minna konna mmorru l-Oratorju ta' Don Bosco fejn konna nsibu hbieb u facilitajiet fejn nilaghbu u ovvjament dak l-film nhar ta' Hadd wara nofsinhar, li kienet xi haga li konna nistennew Hadd wara Hadd. Dak iz-zmien il-films western kienu popolari u kull tifel kellu l-idolu tieghu lil John Wayne, Robert Michum jew Jerry Cooper. Il-loghba l-iktar popolari kienet il-futbol, ghalkemm konna nilaghabu ukoll table tennis u billiards ukoll. It-tim tieghi kien jismu is-seven babes u jien kont il-goalkeeper tat-tim. Fil-grawnd tal-Oratorju mal-hajt tan-naha tal-kunvent ta' Sant Wistin ghad hemm imnaqqax l-isem tat-tim sal-gurnata tal-lum!
L-Ghajn il-Kbira
Forsi l-iktar post li kont infittex meta kont zghir kien proprju l-Ghajn il-kbira fejn kont nara lin-nisa jahslu l-hwejjeg wara li konna nkunu ghamilna xi girja lejn Wied il-Lunzjata jew Wied Siekel. F'dawn l-inhawi kienet tghix il-familja ta' Xaham li niftakar li kienu jaghmlu l-inbid u kellhom xi gherien li xi whud minn shabi kienu jbezzghuni li minn dawn l-gherien kienu johorgu hafna friefet il-lejl kbar. Jien kont nibza mill-friefet il-lejl u f'dawn l-gherien qatt ma dhalt. Imma kont ikun spiss hdejn il-ghajn u l-biccerija. Fil-ghajn kienu jinzlu jahslu l-hwejjeg diversi nisa mill-Fontana. Dak iz-zmien ftit kienu l-familji li kellhom washing machine. Kien il-gost tieghi ma shabi naghmel xi vapur mill-weraq tal-indija billi naqsmu l-werqa ghal tulha minn nofs u kull nofs konna nhaffruh u nisseparaw iz-zewg nahat permezz ta' bicca qasba zghira ta' xi erba pulzieri, b'hekk il-werqa tieghu forma ta' vapur! in-nisa kienu ikunu mehdijin joghrku l-hwejjeg b'sapuna kbira u wara jonfduhom fl-ilma frisk u nadif li kien johrog minn gol-blat. Hawn ukoll konna naraw l-wasla tal-barrin ghall-qatla. Il-barrin kienu donnhom jindunaw li kienu ghall-qatla ghax kienu jkunu rrabjati mhux hazin. Kienu jkunu marbuta b'habel ohxon minn saqajhom u anke minn holqa li kienet tghaddi minn go mnifesjhom. Mhux l-ewwel darba li kienu jibdew ifajru biz-zewg u jolqtu lil xi hadd. L-iktar li kien ikollhom bhejjem ghall-qatla kienu tac-Catta. Darba minnhom barri enormi nizel irrankat mit-trakk hekk kif infethet il-bieba, baqa' niezel ir-rampa u bil-forza li kellu harab lil dawk l-irgiel li kienu jzommuh. Jiena li kont fil-qrib, twerwirt u hsibtu ser jibqa gej dritt go fija bhat-toro ta' Spanja. X'hin kont cert li l-qrun ta' dan il-barri kienu waslu fuqi, nsib ruhi mahtuf minn idejn sodi u kbar ta' ragel twil li tela jigri bija tarag li hemm qrib. Dan ir-ragel, li kien jismu Tumas ta' Majsi, kien salvali hajti. Il-qatgha li kont hadt kienet kbira tant li kont ghamilt xi zmien intemtem bil-biza, u ommi kienet haditni ghand Frenc tal-Gharb, u domt xi xahrejn nixrob likwidu morr li kien ordnali Frenc ghal Qatgha. Ommi kienet qaltli li kien duwa tas-sufferja. Kien xkien nahseb li ghamel xi effett daqs kemm kien morr, u minn dakinhar il quddiem bqajt nibza mill-barrin daqs il-bard ta' Jannar.
Iz-Zuntier tal-Knisja
Il-loghob fuq iz-zunier tal-knisja kien xi haga ta' kuljum, kemm qabel u wara l-lezzjoni tad-duttrina u anke fil-vaganzi. L-iktar loghob kien noli, passju, u ahna s-subien konna nilaghbu bil-gakkijiet. Kien hemm min kien kapacissmu ghalihom u permezz tas-saba l-kbir kien ifajjar il-gakk b'qawwa u precizjoni kbira u kemm kien jolqot gakkijiet mit-triangolu kien jehodhom. Dawn l-gakkijiet kienu tal-hgieg u ta' lwien u disinni differenti. Kulhadd kien igorrhom fil-but u bl-imhatra min kien ikollu l-iktar. Ftit ta' zmien ilu kont sibt numru minn dawn il-gakkijiet ta' tfuliti, li llum ma tantx ghadek tara tfal jilaqghbu bihom, izda jservu bhala dekorazzjoni attraenti f'xi vazun fis-salott, ghalhekk il-mara hadet gost bihom biex izzejjen bihom, imma jien insibhom bhala nostalgija ta' tfuliti.
Konkluzjoni
Veru li t-tfulija tal-bniedem tibqa l-iktar haga li wiehed jibqa' jiftakar, jghaddi kemm jghaddi z-zmien, u anke forsi meta l-bniedem jibda jinsa ghax taqbdu d-dimenzja, dawn iz-zminijiet jibqa jiftakarhom Barra minn hekk, l-gheruq taghna jibghu dawk li huma, immorru kemm immorru 'l boghod. xi kultant niltaqa ma xi whud minn dawk ta' zmien ckuniti meta jkunu hawn ghal xi vaganza mis-safar. Il-memorji u l-istejjer jibdew hergin, u nibku dak iz-zmien fejn il-hajja kienet semplici u iktar trankwilla. X'differenza mit-tfal tallum! Bis-sahha tal-progress tilfu dak li lilna kien jaghmilna ferm aktar kuntenti minnhom, bix-xejn konna nifirhu u nilaqghbu. Illum ghandhom minn kollox, u donnhom ma jafu jikkuntentaw ruhhom b'xejn
Dr Mario Saliba
Dan Artiklu hareg f'Ghajn il-Kbira ( 2013 )
|