Lill Fontanin
Fil-festa tal-Qalb ta' Gesu 15 ta Gunju 2003
Ta' kull sena ma nofs Gunju
Tigi l-festa tal-Fontana,
Fejn in-nies bi hgara tigi
Sabiex tgawdi l-festa maghna.
Kullimkien tara xi bidla
Sew fl-ilbies kemm fit-tizjin,
Mal-progress irridu nimxu
Ghax nies ahna qalbenin
Is-Santwarju taghna mzejjen
Sew fl-ilbies kemm fit-tizjin,
Min jinvista, min biex jara
Kulhadd jiehu gost bla qies.
Bandalori, dwal fit-toroq
Kulhadd jifrah; jiehu gost,
X'hin l-istatwa sbejha taghna
Tohrog qalb in-nies tal-post.
Ic-capcip lil widna jtarrax
Malli tixref minn gol-bieb,
B'dawn dirghajh it-tnejn miftuha
Jilqa ghandu, tieghu l-hbieb.....
Biex niftakru f'dak l-imhabba
Li tohrog minn dik il-qalb
X'hin ninxtehtu hemm quddiemu
Biex mill-qalb johrog it-talb
X'hena u paci fil-qlub taghna
Huwa jseddaq lilna ukoll
Il-ferh jinzel fil-qalb taghna
Minn dnubietna lilna jholl
Mela ejja ta' kull sena
Festa tant mixtieqa taghna
Sabiex lilna int isseddaq
Taghti grazzi wisq kotrana
J'alla mela f'dawn il-granet
Ma ninsewkx matul is-sena
Ta' kuljum lilek inzuru
Biex int taghti lilna l-genna
Mons. Albert Curmi Kan. Kap
Il-Kuncizzjoni fil-Fontana
(Din il-Poezija dehret Fil-Ghajn il-Kbira 2004 )
Nhar il-Hadd l-Immakulata
Harget taghmel passiggata;
Tal-Fontana n-nizla qabdet;
Kulhadd ferah, ta palata.
Fost il-ferh tal-poplu kollu
U mat-talb tal-Fontanin,
Hin bla waqt fit-tempju ntlaqhet
Fost mixeghla w ghors genwin.
Kif ghajnejha qaghdu sewwa
Sellmet lill-Qalb ta' Gesu:
Gejt narak, naghmillek zjara,
Qalb moghnija b'kull virtu!
Ghal mument hallejt lil hbiebi,
Lir-Rabtin, lill-patrijiet,
F'das-santwarju ridt li ninzel
Biex inxerred xi barkiet.
Fl-okkazjoni li qed naghlaq
Illi jien Immakulata,
Mija w hamsin sena tgerbu
Mindu kont gejt proklamata.
Ghaddiet gimgha, il-hin wasal
Sabiex f'dari nerga mmur.
Kontra qalbi sa nhallikom,
Lejn l-irhieb sa nerga ndur.
Minn qiegh qalbi hajr naghtikom
Li lqajtuni fid-dar taghkom,
Inwieghidkom illi ma Ibni
Jien ghal dejjem nibqa maghkom.
Nawguralkom festa kbira,
Ibqghu dejjem maghqudin;
Nerga ntambar, nirripeti:
Bhal ahwa hobbu 'l xulxin!
Ghalkemm ghand il-Frangiskani
Izommuni b'hafna hajm,
Kont qisni fl-hena tal-genna
Ghand il-hbieb tat-Triq ta' l-Ghajn.
Sa nzomm f'qalbi din il-mawra
Li ghamilt ghand tal-Fontana:
Min qiegh qalbi nberikkom,
Jalla tghixu ikoll ferhana.
Fl-ahharnett xtaqt nifrah maghkom
F'tal-knisja d-Dedikazzjoni
Jalla jghaddu mitt sena ohra
U tibqghu dejjem unjoni.
Kav. Joe M. Attard
Il-Qalb ta' Gesu
X'hin lejk inhares u ghajnejk f'ghajnejja
Bhal kwiekeb kbar jiddu, lewnet is-sena
Narahom kollha hlewwa jharsu lejja,
Qalbi tinhall u nhoss taqbizli demgha.
Taqbizli demgha li bin-nar tinhema.
Ta' mhabbtek, x'hin tilmah f'ghajnejk, mulejja
Mhux ic-canfir li haqqni ghall-migeghma
Ta' nuqqas kbir, ma l-mahfra wisq feddejja.
Kieku ma kien hemm xejn miktub I' int alla,
Dik harstek helwa kienet tkun ghalija
Prova wisq cara l' int l-istess qdusija.
Ghax li hlaqt lili, dinja b'kull ma fiha
Sinjal li kollox tista. B’ setgha ttella
Lili sa hdejk, sinjal l-ikbar hbubija.
Mons. Gius. Farrugia Gioioso.
Il-Parrocca tal-Fontana
Poezija li dehret fil-gazetta GHAWDEX li harget fis-sena 15 ta' Gunju 1964 miktuba minn RITA BORG mil-Fontana.
Il-Parrocca tal-Fontana
Hija l-iktar ixxurtjata
Patrun hu l-Qalb ta' Gesu
Li ghajnuna dejjem tghatna.
Il-Parrocca tal-Fontana
Ghad li ahna wisq ckejkin
Ghandna tempju mghammar b'kollox
Li jgib ghira l-barranin.
Hemm trid tmur daqsxejn fil-festa
Sabiex dan tara b'ghajnejk
Dik l-Istatwa tant sabieha
Li d-dmugh tislet mill-ghajnejn.
Ghall-pozizzjoni helwa taghha
B'dawk idejha miftuhin
Zewg angli wiehed kull naha bil-kalci u bis-salib.
Nies matul is-sena kollha
Gharkubtejhom mixhutin
Hemm quddiemha jitolbuha
Jirringrazzjawha fl-istess hin.
Darba xi sajjieda taghna
Li f'tempesta sabu ruhhom
Gesu lilhom deher isabbar
U l-biza dlonk tar minn fuqhom.
Kemm fl-art kemm fuq l-bahar
Kemm fil-gwerra kemm fil-paci
Il-Qalb ta' Gesu dejjem harsitna
Lilu kulhadd tifhir jaghti.
O Gesu kemm inhobbuk
U kemm ahna imkabbrin
Li ahna il maghzulin tieghek
Fost il-Maltin u l-Ghawdxin.
Gesu Bierek lir-raghaj taghna
Lis-sacerdoti, u n-nies twajbin
Sabiex wara din il-hajja
Fil-genna nigu ikoll henjin.
Viva l-Parrocca taghna
Viva l-Qalb ta' Gesu
Il-Patrun specjali taghna
Lilu kull tifhir unur.
Missier Etern Alla
Gheziez insara huti
jiena qieghda nistedinkom
ghal din is-sena elfejn
dan l-appell qeghda naghmlilkom
ghal Gublew il-kbir nhabirku
illi zgur jissemma jibqa
tul iz-zminijiet kollha
it-tifkira tieghu tibqa.
ninghaqdu ikoll qalb wahda
biex gieh naghtu lill missierna
li jinsab fl-gholi tassew
u dejjem jiehu hsiebna
hu ta' Majesta nfinita
lilu tixraq kull fohrija
ahna mahluqin minnu
ghalina ghandu moghdrija
tana d-dinja b'kull ma fiha
imhabba kbira jurina
bghatilna l'ibnu l-ghaziz
illi ta hajtu ghalina
il-bniedem kreatura msejkna
kollox minnek jistenna
sakemm jirnexxielu jigi
igawdik gewwa l-genna
Missier Alla kemm habbejtna
ghalkemm ahna midimbin
nitolbu taghtina l-mahfra
ghax ninsabu soghbenin
tkun imbierek Missier Alla
minn tlugh sa nzul ix-xemx
lilek naghtu Glorja unur
ghaliex aqwa minnek m'hemmx
Rita Borg
Il-Festa Taghna
Waslet il-Festa taghna
minn Mejju nibdew narmaw
festuni u bandalori
ilkoll nippreparaw
in-nies kollha tal-Fontana
il-festa nistennew
il-festa tal-Qalb Imqaddsa
u xhin tasal nithennew
il-vara b'idha miftuha
qeghda tilqa lil kulhadd
specjalment lil tal-Fontana
ma nibdluha ma xejn u hadd.
F'Gunju l-parrocca tifrah
ghax il-festa tkun fil-qrib
il-festa ta dak li jhobbna
ta' Gesu Kristu l-hanin
il-knisja tkun armata
ghall-jiem tant sbieh tal-festa
u biex tkompli l-atmosfera
nistiednu lil ta' l-orkestra.
mela ejjew ha nghajtu
VIVA L-QALB TA' GESU
li sebbhet lill-Fontana
dik l-ghajn ta' kull virtu
Godwin Attard ( 15 ta' Mejju 1995 )
Tal-Qalb ta' Gesu
( din dehret f'Ghajn il-Kbira f'gheluq il-Hamsin sena tal-ftuh tal-knisja parrokkjali 1905 - 1955 )
imsoqqijin mill-Ghajn tal-Qalb Divina
Mons. Guzepp Grima w Mons. Alf. Hili t-tnejn
opra ta' fejda bdew bil-wisq hanina,
KNISJA!! bla ma hadd jaf, dan kif u mnejn.
u bniedem iehor wiccu jarmi d-dija
li ta' tat-tempju kellu jkun ir-raghaj
Dun Guzepp Hili temmu b'tant fohrija
li biha, fostna jismu jibqa haj.
hamsin se'ilu nfethet l-ewwel darba
sabiex il-gens ta' l-Ghajn il-Kbira jsib
f'Ghajn ikbar, dak il-gid li jtemm kull darba
li dan il-wied tad-dmugh jaf mieghu jgib.
ifrah o Gens u hajr izzi l Alla
l'hekk qrib Qalb Ibnu tgawdi lilek halla!
Sac. M.A. Apap
Tifkira tal-100 Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja
( din dehret fil-Ghajn il-Kbira 2004 )
F'dan iz-zmien hekk sabih ta' tifkira
nghollu qlubna b'tifhir lill-Mulej,
talli ghogbu jaghtina lil Qalbu
fil-persuna ta' kristu l-Feddej,
sabiex jibqa' ghal dejjem isaltan
minn dal-maqdes ghaziz ta' l-Ghawdxin,
li mill-qedem b'imhabba u b'ghozza
kienu bnew it-twajbin Fontanin.
matul seklu l-istorja tinkiteb
pagna, pagna fil-ktieb tal-grajjiet,
min jiktibha jintemma u jispicca,
tibqa' l-kitba u t-tifkiriet.
izda zgur l-ebda zmien m'hu sa jnissi,
lil dawk kollha li hadmu u batew
sabiex tellghu mill-faqar ta' bwiethom
dan it-tempju fis-snin li ghaddew
Dun Guzepp, Dun Alfons, fost il-kotra,
taw il-bidu ghal dan il-progett,
Grezzja Grima, il-mara habrieka
kienet maghhom fis-sehem quddiem nett.
sehemhom taw is-sajjieda mill-hobza
l-ghejxien taghhom, mill-ftit ta' kuljum
b'sagrificcju u mhabba qaddisa,
qatt ma naqsu li jaghtu bukkun.
sakemm gebla wara ohra t-tempju,
beda tiela fit-telgha ta' l-Ghajn,
kull min seta medd idu u hadem,
jerfa l-gebel jew bramel tat-tajn,
sewwa sew mitt sena ilu dat-tempju,
opra kbira min-nies Fontanin,
kien imbierek u moghti lil Alla
Dar qaddisa ghat-talb tal-bnedmin.
ftit snin wara pagna ohra glorjuza
giet miktuba fl-istorja tas-snin
meta t-tempju nqata parrocca
sabiex jaqdi lin-nies Fontanin
sal-gurnata tal-lum Kappillani
kien hawn sebgha li hadmu bis-shih
kollha taw is-sehem taghhom b'imhabba
ghal gieh Alla u ghall-gid ta' l-erwieh
Gesu riedha sabiex fil-qalb Tieghu
kenn isibu f'dal maqdes l-erwieh,
illum l-eghzez santwarju ta' imhabba
fejn il-kotra kuljum taghtih gieh.
fejn ix-xbieha ghaziza li ssahhrek,
ta' Gesu bil-qalb tieghu f'idejh,
tigbed lejha l-kontra ghatxana
biex tinxtehel ghall-farag f'riglejh
sabiex tixrob minn ghandu l-imhabba,
li bhal xmara qed tfawwar ghalina,
minn dik qalbu mimlija bl-imhabba
mill-qalb tieghu hekk twajba u hanina.
li ghat-talb ta' l-appostlu indrija,
Il-patrun tas-sajjieda Xlendin,
li f'kull ghawg u tbatija tal-hajja,
lejh nduru f'kull jum u f'kull hin,
hu jharisna fil-waqt tat-tempesta,
meta l-bahar jipprova jiblaghna,
meta ghalina tispicca kull tama,
lejh inharsu sabiex isalvana.
poplu twajjeb ta' Triq il-Fontana
roddu hajr u tifhir lill-Mulej
talli ghogbu jaghtikom parrocca
dedikata lil Kristu l-Feddej.
ersqu mela wlied dil-parrocca.
lejn Gesu f'dan it-tempju sabih,
qieghed hawn ta' kuljum jistenniekom,
fl-ostja mqaddsa sabiex taghtuh gieh.
ejjew ghandu jekk tridu dduqu
ftit mill-benna li hemm fis-smewwiet,
ghax hu biss ghandu l-kelma tal-farag,
Tkellmu mieghu fil-gabra u fis-skiet.
Ganninu Cremona
Ghajn il-Kbira 2005
( f'gheluq il-100 sena mill-Konsagrazzjoni )
l-lum hu jum Twelidek
u bosta n-nies tgawdik
il-lum xi uhud jifirhu
ohrajn jitolbuk fik..
int gejt ikkonsagrata
lil Kbir Qalb ta' Gesu
bhal llum mitt sena ilu
ghalik dan kien unur
u l-qaddis Indrija
kellek bhala Patrun
li kellu kull fohrija
sa anke f'dan il-jum
Ghaliex ma djulek tkattar
is-sajd min bosta nies
u hawn ta' min jiftakar
Sant Indrija kien Sajjied.
il-lum ma Malta kollha
w'ghawdex il-guf tieghek
tissemma l-kelma t'Alla
min dil-Parrocca tieghek.
nixtieq insemmi kollha
lir-Raghajja helwin tieghek
kemm hadmu f'dil parrocca
li int ilqajt go drieghek.
u ma ninsiex insemmi
lil Hili Dun Guzepp
li dan kien wera hiltu
biex wettaq dal-progett.
kien hu li bena l-knisja
u medd id-dirghajn tieghu
li issa saret skola
li taghallem taghlim tieghu.
pero ta' minn jiftakar
li l-kwadru Titulari
gie mzejjen bil-Kuruna
mill-ahhar kappillan.
Dan kien Dun George Bezzina
li f'mohhu gieh il-hsieb
li jzejjen dan il-Kwadru
bil-gieh li kien mixtieq
u issa qed jidgawda
f'parrocca wisq sabiha
fil-jum tat-twelid taghha
mitt sena kollha mbierka
Charles Vella Meilaq
X' Patrun !!
( din harget fil-Ghajn il-Kbira 2007 )
Fost ix-xhur kollha tas-sena,
Gunju vera xxurtjat,
ghaliex dan ix-xahar hekk sajfi
lil Qalb Kristu ddedikat.
propju hawn go dil-gzira,
kellu jkun r-rahal taghna,
dan ir-rahal kenni w' sbejjah,
bl-isem tieghu tal-FONTANA!
min qatt kellu rahal tieghi
b'din l-ahbar imur jaghnik
lil Qalb Kristu wisq hanina
hekk b'Patrun inmur jaghtik.
u hawnhekk sejjer nistaqsi,
min? u jekk hemm ghajdu fejnhu
jekk hawnx xi patrun hekk qawwi,
ikbar mill-Qalb ta' Gesu
din hi x-xorti illi messet,
lil dar-rahal hekk maghruf
Triq ta' l-Ghajn ta' l-ilma gieri,
bhal ma kien demm il-Haruf.
l-Haruf li carcar demmu,
w'ghadu jcarcar hemm sal-lum,
qed jistiednek tersaq qribu
qum u indem kemm se ddum?
tghid dana ma kienx bizzejjed
hallih jersaq tieghek qrib,
qieghed hemm miexi magembek
dan Gesu l-aqwa Habib.
wara t-tielet jum min qabru,
dana qam hareg rebbieh,
biex isalva lili w' lilek,
lil tant qlub lil hafna erwieh.
fi ftit kliem ppruvajt nghidilkom,
min hu taghna l-patrun
huwa kien ghandu u jibqa
ghalkemm zmien izomm u jdum.
mel' ejjew ilkoll maghquda,
haga wahda w'ferhanin,
Nghajtu Viva l-Qalb Imqaddsa
il-PATRUN tal-Fontanin.
Godwin Attard
Fontana 100 sena parrocca
( din harget fil-Ghajn il-Kbira 2011 )
Hdejn l-ghejjun li jaghtu l-hajja
bl-ilma gieri kullimkien,
hemm ir-rahal ta' Fontana
mimli hdura, kollu lwien.
hawnhekk wiehed jinsa d-dinja
ghax hawn jieqaf donnu z-zmien,
fejn il-mohh u l-qalb jistriehu
mitlufin hdejn il-widien.
in-nies twajba ta' Fontana,
dan ir-rahal habbew sew
huma nies dhulin u biezla,
jahdmu dejjem bla jehdew
min fl-ghelieqi jirgha l-merhla,
min fis-saqwi jsib l-ghajxien
u min jahdem il-bizzilla
minn filghodu bla waqfien
ir-rahhala qalb il-hdura
ta' Wied Siekel bil-merhliet,
Jghaddu l-isbah jiem tal-hajja
f'hemda kbira, qalb is-skiet.
is-sajjieda lejn ix-Xlendi
mat-tbexbix jibdew nezlin
biex johorgu fuq il-bahar
b'tama kbira mimlijin
u l-kampnar bhal sentinella
jifli l-grajja tal-bnedmin;
dawk il-qniepen ifakkruna
f'ferh u niket tul s-snin.
is-Santwarju, f'nofs ir-rahal,
tas-smewwiet hu xbieha, hjiel;
minn din l-art 'il fuq jerfaghna
biex tas-sema nduqu l-gmiel.
minn hawn hargu sacerdoti
kollha hegga ghall-erwieh
hawnhekk hadem l-isqof Cauchi,
tal-Ghawdxin l-unur u l-gieh.
kemm erwieh sabu l-ghajnuna
f'dan it-tempju, hawn flimkien
kemm bnedmin hargu mibdula
ferhanin, minn dan l-imkien
mill-ghejjun tas-Salvazzjoni
hargu jgelglu l-ilmijiet
biex dan l-ghatx klubi tal-bniedem
jaqtghu, b'harstu fis-smewwiet.
u Gesu b'dik il-Qalb kbira
kien ta' barka, ilma bnin;
dik il-qalb li habbet dejjem
kienet kenn ghall-Fontanin.
F'dil-mitsena ta' parrocca
saru wkoll dizgrazzji kbar
li firduna minn dawk hutna,
mahruqin bil-loghob tan-nar!
imma r-rahal baqa' wieqaf,
fit-tigrib baqa' maghqud
ghadu juri dik l-imhabba
lejn Gesu, li qatt ma tmut.
ghax dak l-ilma li minn genbu
hareg jikwi fuq salib,
gab serhan ghall-qlub mugugha
sliem u farag fit-taqlib.
Sant' Indrija kien u ghadu,
is-sajjieda li juri t-triq
Qalb il-halel qliel tal-bahar,
fit-tahwid tad-dinja sfiq.
Is-sajjied li miet ghal Kristu,
mghannaq fl-gholi mas-salib,
ried jghidilna li ma Kristu
nibqghu shah fl-eqqel tigrib.
ibqa; Qalb imqaddsa t'Alla,
raxxax fuqna l-ilmijiet
mill-ghejjun tal-Ghajn il-Kbira
ha jsaffuna mid-dnubiet.
Rev. George Mercieca