L-Għajn li tatna isimha
L-Ghajn il-Kbira kienet minghajr ebda dubju tezisti sa mill-ibghad zminijiet. Ghax fil-bokka ta’ Wied Siekel, fejn sewwa sew tinsab din l-ghajn, sa minn dejjem kienu jsibu l-izvog taghhom l-ilmijiet li jaqghu minn tac-Cawla sa Santa Dminka, u minn San Martin sa ta’ l-Imgieret.
L-isem taghha gej direttament mill-Gharbi, L-Ghajn el-Kebira, u ghaldaqstant nistghu nobsru li nghatat dan l-isem tul il-hakma Gharbija fuq il-Gzejjer Maltin, jigifieri bejn is-sena 870 u s-sena 1127. Izda minhabba l-fatt li ftit li xejn ghandna dokumenti qodma ta’ qabel is-sena 1551 – sena li fiha l-poplu Ghawdxi kollu kien ittiehed fil-jasar wara attakk Tork fuq il-gzira – ma nistghux nghidu fi zgur meta nghatat dan l-isem.
Izda ghalkemm id-dokumenti f’Ghawdex inqerdu fl-1551, ohra fadal. U f’wiehed minn dawn insibu msemmija ghall-ewwel Istat, Palermo. Jinstab hemm ghax bejn l-1282 u l-1530, Malta u Ghawdex kienu taht il-hakma tal-Aragonizi li kellhom that setghethom lil Sqallija wkoll. Hawn konna mmexxijin mis-sultan jew vici-re li kien ighammar f’Palermo, il-belt kapitali ta’ Sqallija. Hu ghalhekk li xi dokumenti taghna huma mizmuma hemm.
Intant f’lista ta’ gabelle, jigifieri ta’ drittijiet li kellu s-sultan, speci ta’ taxi li l-Ghawdxin kellhom jaghtuh, tissemma gabella fuq il-fons magnus, il-Ghajn il-Kbira ta’ Ghawdex. L- imsemmija lista kienet maghmula nhar it-2 ta’ Jannar,1373 – ‘il fuq minn sitt mitt sena ilu. Dan ifisser li iktar minn sitt sekli ilu, il-post kien ga maghruf hekk. Fost l-ismijiet tal-irhula kollha Ghawdxin, dan hu l-eqdem li nafu bih.
Il-kelma fons imsemmija fid-dokument tal-1373 hija l-kelma latina ghal ghajn. Meta ghaddiet ghat-taljan saret Fontana u l-Ghajn il-Kbira, Gran Fontana. L-isem bit-taljan jidher ghall-ewwel darba f’kuntratt maghmul ghand in-Nutar Tumas Gauci nhar id-9 ta’ Gunju, 1567, meta jiddeskrivi benefizzju f’dawk l-inhawi. L-ewwel darba li niltaqghu mal-isem Ghajn il-Kbira bil-Malti hu f’att legali maghmul ghand in-Nutar Ferdinandu Ciappara nhar it-2 ta’ Gunju, 1578. Jll Hain Chibire – hekk kiteb in-Nutar Ciappara – kien isem li ilu jintuza bosta snin. U hawn ghandna l-prova. Il-kelma f’dan l-att mhix qed tirreferi ghall- Ghajn izda ghat-territorju jew l-inhawi li kienu hadu isimhom mill-Ghajn il-Kbira.
Din l-Ghajn li tat l-isem lill-hara ma
kinitx l-unika wahda fl-inhawi. Biswitha sewwa kien hemm, u ghad hemm sal-lum, il-Ghajn ta’ Bendu. Imbaghad ‘il fuq minnha kien hemm tlieta
ohra, illum kollha ghabu. Dawn kienu l-Ghajn tal-Logog, ghajn bi tliet logog bl-ilma jnixxi minn that il-logga tan-nofs, l-ghajn tal-Bhejjem, ghajn forma ta’ kolonna baxxa b’zewgt ihwat
fil-wicc li minnhom kienu jersqu jixorbu l-bhejjem, u l-Ghajn tal-Wied proprju f’tarf Wied Siekel, gelgul ilma li kien hiereg direttament mill-blat. Ebda wahda minn dawn l-eghjun mhi
antika daqs il-Kbira, tant li ebda wahda minnhom ma tissemma fid-dokumenti sal-1600.
Izda ftit ‘il boghod mill-Ghajn il-Kbira
hemm tnejn ohra qodma bil-bosta. Dawn huma Ghajn Tuta, f’tarf Wied is-Saqqajja, maghruf illum minhabba l-kappella tal-Annunzjazzjoni bhala Wied il-Lunzjata, u sewwa sew l-Ghajn
tal-Lunzjata, f’nofs l-istess wied.
Kienet haga naturali li meta fl-1911 hasbu biex jaghmlu stemma lill-Fontana giethom f’mohhhom ghajn, izda mhux il-Kbira imma dik tal-Logog. L-arma tal-Fontana hi nfatti maghmula minn tliet logog lewn il-gebla fuq sfond kahlani bl-ilma gieri taht; in-naha ta’ fuq qalb, lewn id-demm,fuq sfond tad-deheb.
INUNDATIONE FERAX – Ghammiela ghax bl-ilma gieri – il-mottu tal-Fontana, hu wkoll ispirat mill-Ghajn u donnu jrid jispjega l-ghaliex dar-rahal hu mdawwar b’daqstant hdura.