Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Kurunella lil Sant' Indrija Appostlu

B'ghelm ta' qima, imhabba w ghozza,
kbir appostlu sant' indrija,
dil-kuruna se roddulek
ta' gieh kbir u ta fohrija.

Ahna lilek bil-ferh htarna
protettur taghna mahbub,
biex turina t-triq li twassal
ghand Gesu - Feddej Mislub.

Missierna, Sliema, Glorja.

Sa minn kmieni wara Kristu
inti mxejt bla telf ta' zmien,
fih stqarrejt il-fidi tieghek
u wettaqtha bla waqfien.

Bhalek ahna rridu nimxu
wara Kristu b'fidi shiha
li twassalna ghodwa wahda
gewwa l-Genna ikoll rebbieha.

Missierna, Sliema, Glorja.

 

meta smajt il-lehen hlejju
tal-Mulej biex timxi mieghu,
inti dlonk warajk tlaqt kollox
sabiex taqta' x-xewqa tieghu.

aghti lilna wkoll il-hlejju
biex nisimghu lil Gesu,
u bl-imhabba gewwa qalbna
naghmlu biss dak li jrid Hu.

Missierna, Sliema, Glorja.

mieghek hadt ukoll bil-herqa
lil huk Pietru bla dewmien
biex ghal dejjem wara Kristu
timxu intom kullimkien.

sawwab fina, Sant' Andrija,
dik il-hegga biex f'kull hin
nigbdu ahna wkoll lejn Kristu
lil dawk hutna midinbin.

Missierna, Sliema, Glorja.

ma qghadtx tahseb sabiex thalli
ix-xoghol tieghek ta' sajjied
f'mohhok kellek biss li tasal
hdejn l-Imghallem fis-Smewwiet.

ghinna halli fis warajna
ahna nhallu kull hazin
li jrid jikber gewwa qalbna
u jaghmilna midinbin.

Missierna, Sliema, Glorja.

fuqek f'jum il-Pentekoste
nizel hlejju mis-Smewwiet
b'nar il-gherf l-Ispirtu s-Santu
meta kont migbur fis-skiet.

aghti lilna din il-grazzja
illi nilqghu dan in-nar
li minn qalbna jnehhi t-tbatija
ta' l-hemm kollu w ta' l-imrar.

Missierna, Sliema, Glorja.

xerridt int mad-dinja kollha
ta' Gesu l-eghgubijiet,
u habbart is-Saltna tieghu
illi qieghda fis-Smewwiet.
qawwi fina dik il-hegga
illi nsofru kull tbatija,
u farragna fil-hemm taghna
minn gol-Genna, Sant' Indrija.

Missierna, Sliema, Glorja.

waslet fl-ahhar dik is-siegha
illi thaddan is-Salib
biex tmut fuqhu w tmur tinghaqad
ma Gesu, l-akbar habib.

seddaq f'ruhna dik ir-rieda
li ghall-Fidi bil-qlubija
lesti mmutu sabiex nigu
gewwa l-Genna fit-tgawdija.

Missierna, Sliema, Glorja.

Kbir Appostlu Sant' Indrija,
ta' l-Akaja gmiel u sebh,
aghti lilna wkoll mill-benna
ta' das-sliem, ta' dan ir-rebh.

qawwi fina dik it-tama
li kif jghaddu dawn l-ghodwiet,
nigu hemm niltaqghu mieghek
fit-tgawdija tas-Smewwiet.

Missierna, Sliema, Glorja.

NITOLBU
Mic-cokon taghna, Mulej, nitolbu l-kobor tieghek biex l-appostlu Sant' Andrija, li fil-knisja tieghek kien predikatur u mexxej, jidhol dejjem ghalina quddiemek. B'Ibnek Gesu Kristu, li hu Alla u mieghek jghix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtu s-Santu, ghal dejjem ta' Dejjem. Amen

Kan. Joe Mejlak