Raħal bla Kappella
Minkejja li Fontana kienet imdaqqsa sewwa, ma kien hemm ebda knisja jew kappella fil-qalba biex il-poplu jkun jista’ jinqeda bil-kumdita. U ghall-htigijiet tieghu li jmissu r-ruh
kellu jmur jew f’wahda mill-parrocci tar-Rabat, il-Katidral u San Gorg, li kienu s’intendi parrocci ghall-Fontana wkoll jew inkella fil-knisja tal-patrijiet Agostinjani.
Zmien twil qabel kien hemm fl-inhawi kappella zghira ddedikata lil Santa Liena, omm l-Imperatur Konstantinu li kien ta l-liberta religjuza lill-insara fis-sena 311. Kienet
inbniet minn certa familja Refalo li sahansitra hallewlha erbat itmiem raba’ halli mid-dhul taghhom il-kappella tinzamm f’kundizzjoni tajba u nhar it-18 ta’ Awissu, festa
tal-qaddisa – li mietet fis-sena 328 – isiru quddiesa u festin. Izda l-qaghda hazina tal-gzejjer u l-mixja taz-zmien kienu ghamlu taghhom. Meta fi Frar 1575 kien zarha
l-Vizitatur Apostoliku Monsinjur Pietro Duisna tant sabha f’kundizzjoni hazina li kellu kontra qalbu jipprofanaha. U minn dakinhar m’ghandniex iktar hjiel taghha.
Il-poplu tal-Fontana anqas holom li jkollu l-kappella tieghu ghax kien fqir wisq. Qisu biex ipatti ghal dan in-nuqqas xi sajjieda kienu ghamlu gabra bejniethom u bnew nicca
kantuniera bejn triq il-Ghajn u Triq l-Isptar u poggew fiha statwa helwa tas-Salvatur. Hasbu, qishom, bnejna nicca quddiem il-qasam ta’ Mulejja u jixraq li fiha npoggu xbieha
tal-Mulej. In-nies tal-inhawi kellhom lejh devozzjoni kbira u kuljum kien jinqala’ xi proxxmu li joffri kwartin zejt halli jixeghlu luminal lill-Mulej.
Darba wahda xi hadd gieh il-hsieb li jwahhal taht in-nicca kaxxa tal-hadid gol-hajt halli min ikun ghaddej jitfa’ kultant habbtejn jew tlieta. Tant intghogob il-hsieb u tant
komplew in-nies li sar possibbli li mill-offerti nhar is-6 ta’ Awissu, festa tas-Salvatur, issir mixeghla generali, xi loghob hafif tan-nar u anke xi marci mill-banda
La Stella Vincitrice.
l-ghazla ta’ dil-banda kienet naturali. La Stella Vincitrice, wara li kienet ilha zmien tezisti, twaqqfet formalment permezz ta’ att pubbliku ghand in-Nutar Giovanni
Refalo nhar il-11 ta’ Jannar, 1881. Fil-bidu, l-kuncerti kienu jsiru fid-dar ta’ wiehed mill-fundatturi ; f’ta Maestro Anton Buhagiar, l-ewwel surmast, jew f’ta Pietru Attard,
tal-Ispettur, li kien joqghod il-Fontana. Fl-1884, il-Banda rnexxielha takkwista kazin ghall-ewwel darba - dar kbira 17, triq il-Ghajn, allura proprjeta ta’ Sir Adrian Dingli,
ghawdxi li qatt ma heda jahdem ghall-gid tal-gzira li nisslitu. Il-banda damet f’dal-kazin, li kien il fuq izda mal-istess hajt fejn hemm in-nicca tas-Salvatur, sal-1892,
tmien snin li matulhom il-banda u l-poplu ntrabtu flimkien b’ghaqda li ghadha shiha sal-lum.