Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

L-Istatwa ta' Sant’ Indrija

Sant' Indrija, il-patrun tas-sajjieda u ghall-hafna tal-Fontanin.
Meta s-sajjieda Fontanin bdew jahdmu u jibnu l-knisja taghna, mill-ewwel kellhom ix-xewqa li l-knisja l-gdida tkun iddedikata lill-patrun taghhom. Pero nafu li ftit wara, dawn il-benefatturi kellhom ibaxxu rashom ghar-rieda tal-Isqof ta' dak iz-zmien.
Meta Mons. Guzeppi Grima u Mons. Alfonz Marija Hili kienu qed ihabirku biex tinbena l-knisja taghna bil-ghajnuna tas-sajjieda, il-knisja kattolika kienet qieghda tifrah bil-Gublew tad-Deheb Episkopali tal-Papa Ljun XIII ( 1903 ). Mons. Giovanni Marija Camilleri, Isqof t'Ghawdex ( li kien ta l-permess li l-knisja tinbena ), ried li tigi ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesù. Huwa kien xtaq li din l-istess knisja tkun tempju Nazzjonali biex ifakkar dan il-gublew u fetah arborall biex l-Ghawdxin kif ukoll il-Maltin jikkontribwixxu ghall-bini tal-knisja. Mons. Frangsik Borg (1988 ) u xi qassisin ohra mill-Fontana jaghtu din ir-raguni l-ghaliex il-Knisja bdiet tissejjah Santwarju Nazzjonali tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesù.
L-ghotjiet ta' flus bdew dehlin. Kellha tkun sinjura minn tas-Sliema, Vincenza Pace li kienet harget il-flus biex setghet inhadmet din l-istatwa ta' Sant' Indrija.
L-istatwarju li kien ghamel din l-opra tant ghaziza, kien Mallia minn Hal Qormi, imlaqqam il-Lhudi. Karlu Mallia (1880 - 1930) ghalkemm mhux maghruf hafna ghandu xoghol ta min ifahhru. Kien hadem ghal xi xmien ma' Karlu Darmanin, statwarju maghruf, u wara mewtu, Mallia xtara bosta forom minghand il-werrita tieghu. Mallia kien ihobb jahdem statwi ta' bixra lhudija. Hu kien jixtieqhom bil-fattizzi ta' zmien Gesù. Din kienet ir-raguni l-ghaliex Karlu Mallia baqa' maghruf bhala il-Lhudi.
Il-festa ta' Sant Indrija tahbat fit-30 ta' Novembru u bdiet tigi ccelebrata bil-pompa. Fit-8 ta' Ottubru, 1906 twaqqfet il-Fratellanza ta' Sant' Indrija li kellha tibda tiehu hsieb l-organizzjoni tal-festa. L-istatwa l-gdida nharget ghall-ewwel darba f'Novembru ta' 1909. Dan l-avveniment importanti jinsab imnizzel fir-rivista Id-Devot ta' Marija ta' Jannar 1910, fejn fl-ahbarijiet tax-xahrejn ta' qabel hemm referenza ghall-festa, fejn kienu saru panigierku kif ukoll purcissjoni bl-istatwa ta' Sant' Indrija.
Skond it-tradizzjoni, is-sajjieda Fontanin komplew jaghtu porzjon mid-dhul taghhom ghal din il-Festa. Tajjeb li nsemmu li d-devozzjoni lejn Sant' Indrija ma waqfitx hawn. Fl-1910, il-knisja rciviet b'donazzjoni mill-parrocca ta' Ghajnsielem il-kwadru tas-Sejha ta' Sant' Indrija tal-pittur Michele Busuttil ( madwar is-sena 1820 ). Ix-xoghol u l-progetti minn nies dedikati ma waqfux. Fil-parrokat ta' Dun Mikiel Grech, l-istatwa ta' Sant' Indrija giet indurata bid-deheb u din kompliet taghtiha dehra isbah u iktar effettiva.
Il-Patrun taghna Sant' Indrija ghandu tabilhaqq ikun meqjum bl-oghla gieh li jixraqlu. J’alla nkomplu fix-xahar ta' Novembru meta tahbat il-festa tieghu, naghtuh tislima sinciera u dinjituza kif ghamlu missirijietna.