Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Arloġġ Tal-Faċċata tal-Knisja tal-Fontana

L-arlogg twahhal mal-faccata tal-knisja fl-1953 fi zmien il-Kappillan Dun Mikiel Grech. kien talbu lill-Gvern il-kappillan Hili. Inawgurah il-Prim Ministru Dr Geroge Borg Olivier fid-29 ta' Marzu 1953 u tbierek mill-Isqof Guzeppi Pace.

Xi persuni fuq il-bejt tal-knisja tal-Fontana mal-magni tal-arlogg, ritratt bid-data tal-Erbgha 18 ta' Frar 1953. Mil-lemin ghax-xellug: Cikku Schembri "tas-Sagristan" , Persuna li tihder ftit minnha wara Cikku mhix identifikata, Guzepp Gatt " tal-Majna" , ( bis-sigarett, qeda izomm ic-cirku bin-numri tal-arlogg f'idu ), Leli Schembri " tas-Sagristan" , Guzepp Mercieca "Bambinu" , Gigi Gauci " tac-Ceq " u t-tifel fit-tarf tal-filliera mhux identifikat.

NB: Grazzi lis-Sur George Borg tal-Fontana li gharaf u identifika lil dawn in-nies. Grazzi wkoll lis-Sur Ganni Galea u lil-W.R. Mons. Ruzar Borg it-tnejn mill-Fontana, ghall-indikazzjonijiet li tawni.

Wasla fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Fontana tal-Ecc. Tieghu l-Isqof Guzeppi Pace ghall-inawgurazzjoni tal-arlogg. 29 ta' Marzu 1953.

Wasla fuq iz-zuntier tal-knisja tal-knisja tal-Fontana tal-Onorevoli Dr George Borg Olivier Prim Ministru ta' Malta ghall-inawgurazzjoni tal-arlogg, 29 ta' Marzu 1953

Tberik tal-arlogg. 29 ta' Marzu 1953

L-arlogg f'postu mal-faccata tal-knisja. 6 t'April 1953.