Nhar it-Tnejn, 27 ta' Marzu 1911, l-Eccellenza Tieghu Monsinjur Gwanni Marija Camilleri, Isqof ta' Ghawdex ( 1889 - 1924 ), waqqaf ufficjalment il-parrocca tal-Fontana.
id-Digriet Constito Nobis jibda billi jsemmi r-raguni principali l-ghala l-Fontana saret parrocca; ir-Rabat kien kiber sewwa, in-nies kienet zdiedet u l-htigijiet pastorali kienu allura wasslu ghal dik l-erezzjoni. Ix-xewqa tan-nies tal-inhawi flimkien mal-parir tal-Kongregazzjoni Koncistorjali wrew li l-mument li l-imsemmija knisja titwaqqaf f'parrocca kien wasal.
Id-Digriet imbaghad jiddikjara ufficjalment il-Knisja tal- Qalb Imqaddsa ta' Gesu fil-Fontana bhala parrocca. Ikompli billi juri kif twaqqfet il-prebenda u billi jiddeskrivi l-konfini parrokkjali. Hemm ukoll imnizzla l-erba kundizzjonijiet maghmula mill-Kapitlu. Fl-ahhar jirrikmanda lil dawk kollha li ghandhom x'jaqsmu mal-parrocca l-gdida halli jtemmu l-obbligazzjonijiet kollha li l-ligi tal-knisja titlob f'okkazjonijiet simili. Fit-tmiem tahtar lil Dun Guzepp Hili bhala Vigarju Kurat b'effett mit-30 ta' Marzu.
L-ghada, it-28 ta' Marzu, l-Isqof gharraf lill-Kapitlu Katidrali bl-erezzjoni tal-parrocca, b'ittra ohra baghat igharraf lill-Arciprieti u l-Kappillani. Fl-istess jum iffirma wkoll l-Editt, li kellu jitwahhal mal-bieb tal-Katidral, biex b'mod formali jinforma lill-Kleru u l-poplu Ghawdxi li l-Fontana giet mghollija ghad-dinjita ta' parrocca.
Nhar l-Erbgha, 29 ta' Marzu, il-Kancillier tal-Kurja, Dun Lawrenz Cutajar nizel il-Fontana flimkien mal-alarju tal-kurja Guzeppi Pace biex iwasslu l-Editt lil Dun Guzepp Hili, li minn meta sar Vicendarju kien kera dar vicin il-Knisja. It-twaqqif tal-parrocca kien ghandu sigriet izda l-kelma li l-Isqof aktarx baghat l-Editt griet bhal lehha ta' Berqa. Il-Poplu beda jingabar fuq iz-zuntier u f'kemm trodd salib Dun Guzepp hareg ighaggel halli jxandar l-ahbar tant mistennija minn fuq l-artal.
Il-poplu ferhan ma halliehx jispicca u nfexx f'capcipa twila. Erba' sajjieda zghazagh grew fuq il-kampnar idoqqu mota ferrehija. U kellhom ragun! ghaliex il-hidma ta' missirjiethom kienet fl-ahhar inkurunata. Il-knisja tal-Fontana mhux biss hi monument lill-Qalb ta' Gesu, izda wkoll monumentt lis-sajjieda bizlin tax-Xlendi.