Wistinu Camilleri
Il-Comm. Wistinu Camilleri jew kif maghruf Wistinu tal-istatwi, twieled fit-2 ta' Mejju 1885, fir-Rabat ta' Ghawdex, minn Guzepp u Katerina imwielda Bonnett (ta' origini Francisa). il-genituri tieghu li kienu miz-zejtun, kellhom jigu Ghawdex ghax missieru li kien perit tal-Gvern, intbghat fuq xoghol hawn. Sa minn ckunitu Wistinu wera l-interess u l-gibda lejn l-arti u l-iskultura, u beda juza l-kapacita tieghu biex kif kien jghid hu npingi, naghmel pasturi, statwi... minn kollox kont naghmel. Ta ghaxar snin, ic-ckejken Wistinu dahal is-Seminarju bhala estern. Hawnhekk beda jitrawwem izjed fis-sengha tieghu u tghallem id-disinn taht ajk Gizwita. Wara is-seminarju, mar Malta u sar alljev tal-Professur Guzeppi Cali.
il-Professur Cali ra li Wistinu kien tajjeb fil-pittura u heggu biex imur jistudja l-pittura f'Ruma. Hekk ghamel. Telaq lejn Ruma u beda jitghallem fl-iskola San Luca. F'Ruma dam madwar tliet snin, imma kultant kien jigi ghal xi btala hawn Malta. Wara l-lezzjonijiet li kien jattendi ghalihom fl-iskola tal-arti, filghaxijiet Wistinu kien imur jitghallem ix-xoghol tal-karta pesta ghand wiehed jismu Filippo Coppa.
Kif kien qal Wistinu meta gie hawn, daqqa kien jahdem mal professur Cali, daqqa ma Pisani u meta kien ikun hawn it-taljani dam xi sena u nofs ma' Polombi, dak li pitter lil San Pawl tal-Belt. Minhabba li kien hemm Pisani, Cali u Vella fuq il-pittura, Wistinu kellu jintefa fuq il-Karta pesta li kien tghallem f'Ruma ma Coppa.
Il-Kapulavuri
Wistinu Camilleri huwa meqjus fost l-aqwa statwarji Klassici ta' pajjizna. Meta Wistinu gie mistoqsi liema jqis l-aqwa xogholijiet tieghu, dam jahsibha ftit, u mbaghad qall; Ghandi l-Qalb ta' Gesu (fil-Fontana) u tal-grazzja fil-Kapuccini.. Ghalija dawk il-kapulavuri tieghi ghax huma originali... Il-pittur Monti li gie x-Xaghra, ma riedx jemmen li saru Ghawdex u qal li l-Qalb ta' Gesu lanqas go Ruma m'hemm bhala.
Saret gabra u it-3 ta' Gunju 1923 l-istatwa kienet esponuta fil-knisja. Nhar it-8 ta' Gunju l-Isqof Camilleri berikha u nharget ghall-ewwel darba f'purcissjoni. Ikkummenta l-gurnal is-Salib; vara tassew sabiha... Hi xoghol originali: li wicc huwa Divin u uman fl-istess hin, l-ghajnejn mimlija hegga ix-xaghar innukklat u mifruq f'nofs ir-ras, id-dirghajn miftuha l-fuq bhallikieku qeghdin jistednuk thaffef lejn Qalbu u l-ilbies ahmar car... Kristu hu mqieghed kemm kemm imiss fuq globu mimli kwiekeb u mal gnub ghandu zewg angli jzommu f'idejhom wiehed kalci u l-iehor salib.
Fl-1923, il-professur Caruana Dingli, ghall-l-istatwa tal-Qalb ta' Gesu qal hekk Vara mahduma bi studju profond u esegwita b'reqqa kbira. Hi tghaddi lill ohrajn f' dik li hi ezattezza ta' xoghol u pacenzja u fuq kollox, billi tipprezenta l-Kristu glorjuz u umli fl-istess hin.
Kif diga ghedna, il-kappillan Guzeppi Hili kien diga gabar il-flus ghal din l-istatwa. Izda gara, peress li kien ihobb jghin kemm lis-sajjieda jew lil dawk li kienu jridu jemigraw biex isibu xoghol, il-kappillan Hili silef il-flus lil xi persuna li emigrat bil ftehim li meta jibda jahdem, jibghatlu l-flus lura. Darba wahda Wistinu kien sejjer lejn ix-Xlendi u ghadda minn hdejn il-kappillan li rah hosbien hafna u staqsieh x'kienet ir-raguni. Il-kappillan spjega lil Wistinu biex jiehu pacenzja ftit iehor, ghax mhux talli ma rcevix il-flus lura, imma ircieva ittra insolenti tal-pjacir li kien ghamel. Kien hawnhekk lil Wistinu bid-dmugh f'ghajnejh kif ghandna irrekordjata fuq tape il-vuci tieghu. qal lil-kappillan issa li l-istatwa qeghda ghandkom jien ma rrid xejn, il-Qalb ta' Gesu JIPPROVDI.
Din l-Istatwa tal-Qalb ta' Gesu giet restawrata iktar minn darba. Il-globu ta' taht Kristu gie kwazi mnehhi ghal kollox u fl-1985 kienet indurata mill-gdid ghand Horace Farrugia, l-imdina, Malta. Il-vara li ngabet lura fit 8 ta' Gunju ghadha ssebah il-knisja tal-Fontana sal-lum.
Isem Wistin Camilleri ghadu u jibqa intimament marbut ma l' istatwa Titulari taghna, ghaliex meta hadimha fl-1923 hu wera l-kapacita tieghu u fl-istess hin hareg ghad-dawl it-talent Ghawdxi zejjen lill knisja taghna b'opra tassew sabiha u ghalhekk jisthoqqlu jitqies bhala benefattur kbir taghna. Ta xhieda tal-fidi u tas-sentimenti religjuzi profondi li bihom kien moghni stahaqlu jissejjah appostlu tal-Qalb ta' Gesu fi gziritna, ghaliex hadd ma jista jichad il-fatt li b' din ix-xbieha ghaziza hu ta' kontribut kbir u siewi lit-tixrid tal-kult lejn il-Qalb Divina.
Kull bniedem hu mahluq ghall-genna, fejn jitghaxxaq ghal dejjem ghax jara lil Alla u lill Kristu wicc mb' wicc. L-istatwa tal-Qalb ta' Gesu, u b'mod partikulari l-wicc helu, jizgurawna li Wistinu Camilleri li hadimha mexa fis-sod lejn dan id-destin etern tieghu. Ghalhekk minbarra li nitolbu ghall-mistrieh ta' ruhu, nawgurawlu mill-qalb li b'din l-opra tieghu jibqa jispira lil min jaraha biex bic-cahda u s-salib hu jimxi lejn il glorja dejjiema.
|