Qniepen
Mejju 1958, qisu l-bierah,. Kont student fit-tielet sena tal-kors tat-Teologija. il-kamra tieghi fis-Seminarju kienet wahda minn dawk li jharsu lejn il-Power Station. Kienet il-hemda ta' wara nzul ix-xemx, x' it-tmienja ta' filghaxija. Nisma minn kamarti daqq hlejju ta' qniepen, armonija smewwija, sahhritni u qghadt ghal ftit hin nisma dik il-nota li qatt ma kont smajt bhalha. L-ghada filghodu, is-seminarista Guzepp Bajada ( RIP) kif iltqajna staqsieni Smajthom il-qniepen il-godda? Oh kemm tpaxxejt hsibtni qieghed diga l-genna. wegibtu bis-sincerita kollha.
Dan is-sett tal-Barrigozzi ghadu jistedinna ghall-qima ta' Alla kuljum filghodu u fil--ghaxija, jfakkarna biex insellmu 'l Marija, fil-ghodu kmieni, fit-tmienja, f'nofs in-nhar u fl-Ave Marija. Jistednuna biex nitolbu ghal dawk li jkunu waslu fi tmiem il-vjagg taghhom jew diga' temmewh, jistednuna biex nifirhu fil-festi, biex nitolbu ghas-sacerdoti nhar ta' Hamis filghaxija u ghall-erwieh tal-purgatorju kuljum. Dari kienu jistednuna wkoll biex nitolbu ha jieqaf xi riefnu. ghadhom ihabbrulna wkoll il-ferh ta' meta jilhaq xi sacerdot gdid, jew xi kappillan gdid, jew xi qaddis gdid. F'kelma wahda l-hajja religjuza taghna hi minsuga mad-daqq hlejju tal-qniepen taghna.
Forsi xi hadd jistaqsi: ilna parrocca 100 sena, il-knisja ilha miftuha 108 snin, qed niccelebraw dis-sena l-ewwel centinarju minn meta saret Vicendarja kif inhi din li l-qniepen ilhom biss 50 sena? Meta fid-29 ta' Jannar tal-1905 Mons. Guzepp Maria Camilleri u Dun Guzepp Hili l-ewwel rettur u mbaghad ghal 26 sena l-ewwel Kappillan tal-knisja Parrokkjali taghna kkonsagraw u fethu l-knisja taghna, din kellha qniepen ohra li mbaghad inbieghu ghall-bronz.
Malli ha l-pussess fit-27 ta' Mejju 1956 Dun Nikol Cauchi beda jahseb ghall sett qniepen godda. L-ewwel ittra li kiteb Milan lid-Diita Barrigozzi ggib id-data tat-8 ta' Frar 1956. Fit-23 t'April tal-1958 ircieva t-twegiba li l-hames qniepen u tnejn ta' l-arlogg gew fusi ( bronz mitfugh fil-forom ). Dan sehh l-Erbgha 16 t'April tal-istess sena 1958.
L-uzin tal-5 qniepen hu:
I 29 Qantar 50 ratal = Kg 2360
II 14 Qantar 25 ratal = Kg 1140
III 8 Qantar 50 ratal = Kg 680
IV 3 Qantar 69 ratal = Kg 295
V 1 Qantar 75 ratal = Kg 140
Il-prezz kien ta' Lm 2450
Il-qanpiena I hi msemmija ghal Kristu
Il-qanpiena II hi msemmija ghal Sant Indrija u Santa M. Marija Alacoque
Il-qanpiena III hi msemmija ghall-Vergni Marija u Sant Antnin
Il-qanpiena IV hi msemmija ghal San Gwann Evangelista u Santa Rosa ta' Viterbo
Il-qanpiena V hi msemmija ghal San Gerardu Mazzella
L-ewwel u it-tieni qanpiena saru mis-Sacerdoti u l-poplu.
No. III hallsuha Toni Curmi tal-Mazz u wliedu
No. IV hallsitha Familja Spiteri tal-Mettru
No. V hallasha Gerardu Grech
Dun Nikol baghat lil Pawlu tax-Xejxier li kien joqghod Ruma biex imur Milan u jara x-xoghol. Qabbdu wkoll jixtrilu diplomi dekorati biex jaghti wahda lill kull familja li toffri Lm10 jew izjed ghall-qniepen. Fuq id-diplomi, meta waslu, Dun Nikol pogga ritratt tal-knisja taghna.
Il-qniepen waslu kif miftiehem u fil-festa ghaziza tal-Pentecoste, fis-27 ta' Mejju 1958 Mons Isqof Giuseppe Pace ( ikkonsagrahom ) assistit minn Dun Celest, l-ex Kappillan Dun Mikiel Grech u Dun Frangisk Borg bhala cerimonier. Fis-Sagristija jinsab ritratt tac-ceremonja flimkien mal-pergamena bl-iskala muzikali tal-istess qniepen.
Interessanti wkoll l-iskrizzjonijiet li hemm fuq kull qanpiena.
I Kristu jirbah, Kristu jsaltan, Kristu jahkem
II Infahhar 'l Alla veru, insejjah in-nies, nigbor il-kleru
III Hares bit-talb devot tieghek lil dawk li nsejjah O Marija!
IV Lehni hu Lehen il-Hajja, insejhilkom ghall-misteri qaddisa, ejjew!
V Nishar bil-lejl u bin-nhar. Nghanni l-ghana ta' Kristu
Grazzi Mulej ta' dan ir-rigal li tajt lill-Parrocca taghna. Kif se npattulek?
Hawn illum ukoll min qed ikun generuz mal-knisja taghna billi joffri flus ghaliha. Illum stess jiena u ntemm dan l-artiklu, persuna ghaddietli €2330 ghall-induratura tal-kappelluni tas-Sagrament u ta' Sant' Indrija (parti minnha). Ftakar li se ssib dak li taghti; anzi iccentuplikat: biss dak, li zzomm ghalik titilfu.
Il-Karita ma faqqret lil hadd: aktar ma taghti aktar tircievi. Meta fuq is-sodda tal-mewt, mifnija bi tbatija l-aktar kbira fir-ruh u fil-gisem, staqsew lil Santa Terezina: Jiddispjacik li nghatajt lill-Hniena Divina u issa tinsab f'dit-tbatija kollha? Gabret il-forzi kollha u wiegbet deciza Le! ghall-kuntrarju... Mela taqtax qalbek. Aghti int ukoll biex f'jum il-mewt tieghek tghid ukoll kif qalet hi: Jien m'inhiex se mmut. Jien diehla fil-hajja!.
|