Ejjew, innu lill-Imhabba
Inkantaw ilkoll flimkien
Lil min tana Qalbu kollha
Gieh jinghata kullimkien.
Rit: Ejjew mela nerfghu qalbna
Lejn il-Ghajn ta' kull virtu
L-eqdes innu t'imhabbitna
Lill-Qalb ninsgu ta' Gesu.
Il-Qalb t'Alla sa minn dejjem
Wara l-bniedem b'herqa griet
Sakemm tieghu sura hadet
U bl-imhabba dlonk infniet.
Rit:
Sa min-nieqa Gesu Kristu
It-Triq qabad tat-tbatija,
Fuq Salib ried itemm hajtu
Biex jifdina minn kull htija.
Rit:
|