Ħarsa Ħafifa Lura Lejn Ġrajjiet il-Parroċċa
Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd; ihalli biss memorji u tifkiriet fil-qalb u fil-mohh tal-individwu. Hekk gara ukoll bla ebda eccezzjoni lill-parruccani tal-Fontana. Mitt sena ta' storja li gabet maghha diversi avvenimenti mportanti li jibqghu mnaqqxin fl-istorja ta' din il-komunita zghira f'Ghawdex.
Kollox beda meta benefattur gietu l-idea li jaghmel nicca zghira f'kantuniera ta' triq iddedikata lis-Salvatur u li wiehed ghadu jista' jaraha faccata tal-Knisja. Dan ghamlu sabiex ipatti ghan-nuqqas tal-kappella u din serviet bhala l-ewwel xrara ghall-kappella f'qalb il-poplu. Wara xi zmien tfaccaw tliet benefatturi li wrew bis-serjeta' l-bzonn li jkun hemm din il-kappella. Dawn ma kienu hadd hlief Dun Guzepp Grima, Grezzja Grima u Dun Alfonz Hili. Maghhom inghaqdu ukoll diversi sajjieda qalbiena li taw hinhom kollu sabiex dan il-progett jitwettaq.
Wara li nstabet l-art fejn kellu jibda l-bini - l-art maghrufa bhala Ta' Mulejja - il preparamenti bdew ghaddejjin u l-pedamenti ma damux ma lahqu l-wicc u tqieghdet l-ewwel gebla nhar id-29 ta' jannar 1892. Tnax-il sena wara, precizament fid-29 ta' Jannar, 1905 il-knisja tlestiet u giet ikkonsagrata u ddedikata lill-Qalb ta' gesu. Il-qofol tac-celebrazzjonijiet kien l-inkwadru titulari mpitter minn Giuseppe Cali. Wara xi zmien waslet ukoll l-istatwa tal-Qalb ta' Gesù.
Matul is-snin komplew jizdiedu l-opri fil-knisja sakemm fis-27 ta' Marzu 1911, l-E.T. Mons Gwanni Marija Camilleri, waqqaf ufficjalment il-parrocca tal-Fontana u kellha l-ewwel kappillan taghha lil Dun Guzepp Hili li tant hadem u stinka sabiex jara l-hidma fil-bini tal-knisja komplut.
Jien, bhala zaghzugha niftakar diversi avvenimenti mportanti ghall-istorja ta' din il-parrocca u li se nipprova naqsam maghkom u ngedded ftit il-memorji ta' whud minnkom.
Fl-1993 gie ccelebrat ic-centinarju mit-tqeghid tal-ewwel gebla tal-knisja u fl-istess sena kienet saret l-inkurunazzjoni tal-inkwadru titulari mill-Isqof Mons. Nikol Cauchi, liema okkazzjoni kienet rat numru sabih hafna ta' nies li honqu t-triq principali - Triq il-Ghajn. Kienet ittellghet ukoll il-musical Ghanja ta' Sajjied bis-sehem ta' bosta zghazagh li kien jittratta l-hajja semplici tas-sajjieda tax-Xlendi u n-nisa hasselin tal-Fontana.
Fl-okkazjoni tal-ewwel anniversarju ( 1994 ) mill-inkurunazzjoni tal-inkwadru titulari, ttellghet il-ballata li kienet miktuba minn Joseph Bezzina. Fl-1998 gie imfakkar is-75 sena annivarsarju mill-wasla tal-istatwa titulari li hija meqjuma b'ghozza fil-parrocca tal-Fontana kemm mill-parruccani kif ukoll minn devoti Maltin u Ghawdxin.
Fl-2005 gie ccelebrat centinarju iehor; dak ta' mitt sena mill-konsagrazzjoni tal-knisja. It-thejjijiet ghal dan ic-centinarju bdew minn sena qabel ( 2004 ) permezz ta' kuncert tal-Milied imtella mill-Chorus Urbanus, b'purcissjoni penitenzjali mill-knisja konventwali ta' San Frangisk ghas-santwarju tal-Qalb ta' Gesu bl-istatwa tal-Immakulata Kuncizzjoni, Kif ukoll numru ta' attivitajiet ohra. Parti mic-celebrazzjoniet ta' dan ic-centinarju l-E.T. mons Nikol G. cauchi kien pogga hmistax -il kewba tad-deheb f'riglejn l-istatwa tal-Qalb ta' Gesù bhala simbolu tal-hmistax - il parrocca li nsibu f'Ghawdex kif ukoll bierek u qieghed dijadema tad-deheb f'ras l-istatwa titulari.
F'Mejju tal-2008 giet iccelebrata wkoll il-50 sena mill-migja tal-qniepen tal-knisja. fl-istess sena, il-parrocca esperjenzat bidla fl-amministrazzjoni taghha. Wara 17-il sena ta' hidma bla waqfien minn Dun Gorg Bezzina bhala kappillan tal-parrocca, din il-hidma giet afdata sabiex titkompla minn kappillan iehor, din id-darba Dun Lino vella.
Ix-xoghol li twettaq f'dawn is-17-il sena ma nistax insemmihom fi ftit kliem, pero mhux se jintesa, fost xoghlijiet ohra, l-oratorju tal-Qalb ta' Gesu li gibed hafna nies u mess hafna qlub, l-istedina tal-kavallieri tas-Santu Sepulkru ta' Gerusalemm, l-istediniet ta' diversi kardinali ghac-cerimonji tal-Precett u Grizma tal-Isqof, it-twaqqif tar-radio Sacro Cuor, pittura gdida fil-kappella tal-Madonna ta' Lourdes u San Pawl, numru kbir ta' attivitajiet ghat-tfal u zghazagh tal-parrocca u tant xoghol iehor.
Wara xi zmien il-parrocca laqghet fi hdanha wkoll lil Dun Alex Refalo li ghal xi zmien serva bhala Amministratur Parrokkjali fl-assenza ta' Dun Lino Vella li kien irrizenja minn Kappillan minhabba ragunijiet ta' sahha. Fl-2010 inhatar Dun Joseph Bajada kappillan tal-Fontana.
Fic-cokon taghha l-parrocca tal-Fontana harget minn hdanha numru sabih ta' vokazzjonijiet. Mhux biss sacerdoti izda hargu ukoll xi religjuzi - tliet patrijiet kif ukoll sorijiet.
Matul dawn il-mitt sena garrabna flimkien diversi grajjiet ta' ferh kif ukoll dawk ta' diqa. Hadd mhu se jinsa z-zewg tragedji li sehhew, wahda minnhom li jien personalment ma niftakarx izda li nisma dwarha, fejn kienu tilfu hajjithom zewg persuni, kif ukoll dik li grat recentament - dik tal-5 ta' Settembru 2010 fejn hames membri tal-komunita taghna tilfu hajjithom fi spluzjoni tal-kamra tan-nar ta' Farrugia Brothers.
Minkejja l-esperjenzi sbieh u dawk inqas sbieh f'dawn il-mitt sena, is-santwarju tal-Qalb ta' Gesù gibed lejh devozzjoni kbira mill-poplu Malti u Ghawdxi. Dan kollu kien possibbli biss grazzi ghall-hidma kbira tal-antenati ta' dan ir-rahal u ta' dawk il-benefatturi kollha li matul dawn il-mitt sena, minkejja t-tbatijiet u l-problemi kollha li ltaqghu maghhom, kellhom il-kuragg li jkomplu ghaddejjin.
Monica Farrugia
Dan Artiklu hareg f'Ghajn il-Kbira ( 2011 )
|