Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Kurunella lil Qalb ta’ Gesu

O Gesu' ta' Qalb Imqaddsa
maghmul bniedem ghall-bnedmin,
ghax mixghul bi kbira mhabba
tnaddaf ridt lill-midinbin.

Naghtuk qalbna, naddafhielna
zejjinhielna bil-virtu,
int heggigna b'kull imhabba,
nitolbuk mahbub Gesu.

 

Missierna u Hames Glorja.

Gakulatorja: Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.

 

O Gesu ta' Qalb wisq helwa
illi ridt tmantnina bik,
tajtna gismek, tajtna demmek,
tajtna kulma jinsab fik.

Kun hawn fl-art mela hobz taghna,
kun l-ghajnuna f'din it-triq
sabiex naslu gewwa l-genna,
kif il-Qalb tieghek tixtieq.

 

Missierna u hames Glorja.

Gakulatorja: Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.

 

O Gesu ta' Qalb hanina
li ghalina wisq batejt,
xewk, flagelli u salib ahrax
biex int b'demmek lilna fdejt.

Minn dil-fidwa sehem aghtina,
ahfer int taghna l-htijiet,
ruhna qaddes, zommha mieghek
sakemm naslu fis-smewwiet.

 

Missierna u hames Glorja.

Gakulatorja: Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.

O Gesu ta' Qalb divina
ta' Missierek fil-lemin
qieghed inti tistennina
biex taghmilna bik henjin.

Kun int mela l-hlas minn taghna
gewwa s-saltna ta' kull gid,
wara hajja u mewta tajba
skond kif Qalbek minna trid.

 

 Missierna u hames Glorja.

Gakulatorja: Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.

 

O Gesu ta' Qalb imhegga
tahseb fina kull mument,
ghalhekk Qalbek int urejtna
mill-Imqaddes Sagrament.

Ma' Marija Margerita
nizzuk hajr u nitolbuk
iddahhalna ikoll go Qalbek
fejn ghal dejjem inhobbuk.

 

Missierna u hames Glorja.

Gakulatorja: Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.

 

Mal-Qalb taghkom l-aktar safja
deh! Guzeppi u int Marija,
ghaqqdu f'taghkom il-qalb taghna
biex b'Gesu tkun biss mimlija.

Kif qalb wahda ghextu mieghu
fost il-ghozza tal-virtu,
aghmlu deh! li qalbna dejjem
tghix fil-Qalb minn ta' Gesu.

 

Missierna u hames Glorja.

Gakulatorja: Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.
Ammen.
Jinghad il-Kredu.