Il-Vara tal-Qalb ta' Gesu
Minghajr l-icken dubju, l-aqwa mument tal-festi titulari tal-Belt u l-irhula taghna hu dak x'hin l-istatwa titulari tinhareg fil-bieb tal-knisja halli tigi mdawra fuq l-ispallejn fil-purcissjoni.
Kienet haga naturali ghaldaqstant li wara l-Konsagrazzjoni tal-knisja, is-sajjieda jahsbu li jgibu statwa huma wkoll. F'qasir zmien giethom l-okkazjoni jgibu wahda minn Ruma, aktarx minghand id-ditta Francesco Rosa, l-istess wahda fejn saret l-istatwa ta' Santa Marija tal-Katidral.
Il-Qalb ta' Gesu jidher ibierek b'idu l-leminija waqt li juri qalbu b'idu x-xellugija. Hemm ukoll anglu fuq kull naha: wiehed izomm kalci u l-iehor is-salib, simboli tal-aqwa zewg mumenti li fihom intweriet l-imhabba ta' Kristu lejna: it-twaqqif tal-Ewkaristija fl-ahhar cena u l-mewt tieghu ghas-salvazzjoni taghna.
Il-Vara waslet Ghawdex f'Mejju 1907 u kienet esponuta fil-Parrocca ta' San Gorg. Nhar is-26 ta' Mejju, saret it-traslazzjoni lejn il-Knisja tal-Fontana. Hadu sehem il-fratellanzi u l-kleru tar-Rabat u akkumpanjat il-banda La Stella b'innijiet religjuzi. Nhar is-7 ta' Gunju, festa tal-Qalb ta' Gesu, il-vara kienet imbierka mill-isqof Camilleri u wara mdawra fuq l-ispallejn fit-toroq ewlenin. U hekk baqa' jsir sal-1922.
Izda kemm ghax l-istatwa kienet tqila wisq u kemm ghax ma tantx irnexxiet, nibet il-hsieb li ssir ohra ghand Ghawdxi li dik il-habta kien qed jibbrilla fis-sengha ta' statwarju: Wistin Camilleri ( 1885 - 1979 ). Saret gabra u fit-3 ta' Gunju, 1923, l-istatwa kienet esponuta fil-knisja. Nhar it-8 ta' Gunju, l-istess Isqof Camilleri berikha u wara nharget ghall-ewwel darba f'purcissjoni. Ikkummenta l-gurnal is-Salib: Vara tassew sabiha!... Hi xoghol ghal kollox originali: il-wicc huwa divin u uman fl-istess hin, il-ghajnejn mimlija hegga, x-xaghar innukklat u mifruq f'nofs ir-ras, id-dirghajn miftuha 'l fuq bhal li kieku qeghdin jistednuk thaffef lejn Qalbu u l-ilbies ahmar car. Kristu hu mqieghed kemm kemm imiss fuq globu mimli kwiekeb u mal-gnub ghandu zewg angli jzommu f'idejhom wiehed kalci u l-iehor salib.
Nispiccaw b'kumment tal-Professur Roberto Dingli: hi vara mahduma bi studju profond u esegwita b'reqqa kbira. Hi tghaddi lill-ohrajn f'dik li hi ezattezza ta' xoghol u pacenzja u, fuq kollox, billi tipprezenta 'l Kristu glorjuz u umli fl-istess hin.
Din l-istatwa tal-Qalb ta' Gesu giet restawrata iktar minn darba. Il-globu ta' taht Kristu gie kwazi mnehhi ghal kollox u fl-1985 kienet indurata mill-gdid ghand Horace Farrugia, l-Imdina, Malta. Il-vara, li ngabet lura fit-8 ta' Gunju, ghada ssebbah il-Knisja tal-Fontana sal-lum.