Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Azzjoni Kattolika

Kont ghandi ta' forsi seba snin meta bdejt nattendi l-A.K. bhala Aspiranta. Niftakarni fi klassi ma' tfal tal-eta tieghi u l-mibkija Miss Maria Galea taghmlilna l-lezzjoni. Bqajt sejra hekk, dejjem nattendi l-laqghat tal-eta li nkun sakemm ilhaqt ghalliema u ghal sentejn kelli nieqaf billi kont Malta nattendi t-Training College.

Wara, kif gejt nghallem Ghawdex, kellna l-ecc. Tieghu il-mibki l-Isqof Cauchi kappillan il-Fontana. Issa ergajt bdejt nattendi il-laqghat. Kont fil-fergha tax-xebbiet zghazagh. L-Ass. Ekk. kien l-istess kappillan. Dan kien fit hafna fl-attendenza, tant li lanqas biex naghmlu xi xoghol ghall-knisja ma kien jippermetti li nfallu l-laqgha.

Darba ahbar kerha xxokkjat mhux biss lill-membri imma wkoll lin-nies kollha tal-Fontana: wahda mill-membri taghna xebba zaghzugha, kienet mietet ghal gharrieda. kienet is-segretarja: xebba kwieta, bil-ghaqal, qaddisa.

Niftakar f'dawn iz-zmenijiet il-kappillan hatarni delegata Aspiranti. Kont ghal qalbi hafna u naghmel il-laqghat bl-akbar reqqa. Imma z-zmien kien ghaddej u jien kont qed nikber gmieli. Hafna minn shabi kienu zzewgu u ma baqghux jattendu l-laqgha taghna. Wara li l-Kappillan Cauchi halla l-parrocca bdejna nahsbu biex forsi nibdew il-fergha tal-Adulti. Din irnexxiet, imma billi l-Fontana mhix rahal kbir ma kienx hemm membri bizzejjed biex jattendu biss Xebbiet Adulti. Allura l-fergha kienet Xebbiet u Mizzewgin Adulti!

Jien issa gejt inkarigata wkoll bil-laqgha taz-zghazagh u l-Ass. Ekk. Kien il-mibki Dun Guzepp Bajada. Issa kont hallejt il-laqgha tal-Aspiranti u bdejt naghmel dik tal-Istudenti. L-Aspiranti marru f'idejn haddiehor. Ghalhekk prezentement barra li nattendi l-laqha tal-Adulti, fejn kontra qalbi kelli niehu il-post ta' presidenta, ghandi wkoll zewg laqghat ohra fil-gimgha.

Jiena nhoss li l-A.K. ghenitni hafna biex nersaq lejn il-Mulej. Ix-xoghol li naghmel ghall-knisja fil-parrocca nahseb li gej kollu minn hemm. Barra minn hekk jien ukoll membru tad-Direttorju Djocesan. Nirrigrazzja 'l Alla s'issa ghandi naghmel ftit xoghol mhux hazin barra l-laqghat ta' kull gimgha.

Gorga Galea