Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Il-Leġjun ta' Marija

Il-Leġjun ta' Marija ġie mwaqqaf fi ħdan il-knisja biex iqaddes lill-membri tiegħu permezz tat-talb u l-ħidma apostolika. Il-laqgħa li tieħu għamla ta' talb u formazzjoni spiritwali ssir regulari kull gimgħa. Il-ħidma li l-aktar li jisħaq fuqha l-Leġjun hi dik tal-evangelizazzjoni.

Gruppi ta' Leġjunarji mid-dinja kollha jmorru barra minn pajjiżhom jagħmlu din il-ħidma. Jien  kelli x-xorti li mmur fuq dan ix-xogħol ħafna drabi u illum se naqsam magħkom waħda mil-ħafna esperjenzi sbieħ li kelli. Kont l-Ingilterra, f'Liverpool, qed nagħmel viżti fid-djar ma' Legjunarja mill-Irlanda. Kellimna raġel li kien qed jaħdem fil-ġnien ta' quddiem id-dar. Dan ħadha kontra Alla għax xhur qabel kienet metitlu tifla ta' 26 sena. Għednielu li Alla li huwa missier li jħobbna, jaf meta l-aħjar li jibgħat għalina, u l-fatt li ma sejjahx lilu jew lilna hu li għadu qed jistenna xi ħaġa minn għandna. Dan pront sejjah lil martu li kienet gewwa biex tiġi tisma’ dak li qed ngħidulu. Fl-istedina li soltu nagħmlu għall-quddiesa ta' radd il-ħajr tax-xogħol li nkunu wettaqna, dawn kienu l-ewwel tnejn li ġew bil-ferħ għaliha.

Tarcisio Gauci