Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Kappillani

Dun Guzepp Hili (1876 - 1937)

L-ewwel kappillan tal-Fontana huwa Dun Guzepp Hili. Twieled ir-Rabat Ghawdex, fis-7 ta' Marzu 1876 minn Gorg u Agata mwielda Grech.

Dun Guzepp ordna sacerdot fil-21 ta' Dicembru 1901. Fil-31 ta' Marzu 1911 nhatar bhala l-ewwel kappillan ta' din il-parrocca u l-pussess sar fid-9 ta' April ta' l-istess sena. Fi zmienu sari diversi opri fil-knisja u xoghlijiet. i)Fl-1912 iddobba zewg statwi mill-parrocca ta' San Gorg; wahda ta' San Pietru u l-ohra ta' San Pawl. Sarulhom zewg pedistalli u tqieghdu wiehed kull naha taz-zuntier ii) Qabbad lill-pittur Roberto Caruana biex ipitter l-evangelisti ghall-lunetti tal-koppla u tarf mis-saqaf. iii) fl-1926 tlesta l-injam tal-kor. Fil-fondijiet tal-istalli hemm skolpiti t-tnax-l Appostlu waqt li f'dik tac-celebrant hemm il-kuncizzjoni u fil-faccata taghha tar-Raghaj it-Tajjeb. iv) bena s-sagristija; v) Xtara bicca art biex jibni d-dar tal-kappillani u warajha bena wkoll ic-Centru tal-Azzjoni Kattolika. vi) damask ahmar tal-Palma.

Il-kappillan Hili kien jinteressa ruhu hafna mit-tfal, mill-foqra u mill-morda. Mal-foqra kien jaghmel karitajiet kbar. Interessa wkoll ruhu hafna mit-tfal, s-sajjieda. Ghenhom mhux biss bil-karita u bl-inkoraggiment izda billi thabat ghalihom mal-Gvern. Meta f'Novembru 1933 kienet grat maltempata u kissret hafna mid-dghajjes, indahal mal-Gvern halli s-sajjieda jakkwistaw xi ghajnuna halli taghmel tajjeb ghal dak li kienu tilfu. Is-sajjieda, b'rikonixximent ta' hidmietu, wahhlu rhama taht l-istatwa ta' Sant' Andrija li hemm ix-Xlendi. Minkejja din il-hidma kollha kien assidwu fil-hajja spiritwali. Kien iqaddes bi hrara kbira, jirrecita l-Liturgija tas-Sighat b'certa devozzjoni filwaqt li kien iqatta' hafna hin jaqra kotba spiritwali. Kien bniedem umli u qatt ma tkabbar b'dak li ghamel. Bhala Kappillan tal-Fontana ma setax ma jonqosx li jhabrek bla waqfien biex ikabbar id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu, li tant kien ihobb. Fl-1907 waqqaf il-frattellanza tal-Qalb ta' Gesu, li fis-26 ta' April tal-istess sena giet affiljata ma' dik ta' Montmarter biex l-imsehbin ikunu jistghu jibbenefikaw mill-gid spiritwali li toffri din il-fratellanza. Haseb ukoll sabiex igib statwa tal-Qalb ta' Gesu fl-1908 u fl-1923 inbidlet ma' ohra mahduma minn Wistin Camilleri.

Ghamel milli seta' biex ikabbar id-devozzjoni lejn il-Vergni Marija. Matul ix-xhur ta' Mejju u Ottubru kien igib diversi predikaturi biex jixeghlu l-imhabba lejn Marija. Ta' min isemmi wkoll li ta' kull sena kien jaghmel il-festa ta' San Guzepp fis-19 ta' Marzu biex ikabbar id-devozzjoni lejn dan il-qaddis kbir.

Fl-1936 gie ccelebrat il-25 sena mit-twaqif tal-parrocca u l-25 sena mill-parrokkat ta' Dun Guzepp. Dawn saru flimkien ma' dik tal-Qalb ta' Gesu. Fil-bidu ta' Marzu 1937 hassu hazin u halla din id-dinja fit-8 ta' Marzu tal-istess sena. Fil-25 ta' Jannar, 1948 kien inawgurat bust tieghu fil-knisja tal-Fontana mill-isqof Guzeppi Pace.

Dun Salv Scicluna (1888 - 1944)

It-tieni kappillan tal-Fontana huwa Dun Salv Scicluna. Twieled ir- Rabat Ghawdex nhar it-22 ta' Gunju, 1888. Missieru kien jismu Guzepp u ommu kien jisimha Marinton imwielda Cefai.

Kien ordnat sacerdot lejlet il-Milied tas-sena 1914. Sa mill-bidu tal-hajja sacerdotali nghata diversi karigi fosthom ta' Kappillan tas-Sorijiet Dumnikani, u Rettur tal-Ghaqdiet Figlie di Maria u Giovani del Sacro Cuor imwaqqfa ghand is-Sorijiet Frangiskani tal-Gesu. Qatta' xi zmien ukoll bhala prefett is-Seminarju ta' Ghawdex.

Imbaghad fis-19 ta' Marzu 1929, ha l-pussess bhala l-ewwel kappillan tal-Ghasri. Wara li beda kors ta' ezercizzji tar-Randan fit-8 ta' Marzu, 1937, proprju l-jum li fih halla din id-dinja l-kappillan Hili, tant inghogob min-nies li ntghazel bhala t-tieni kappillan tal-Fontana. Kien predikatur maghruf u l-prietki tieghu nghogbu hafna man-nies. Ha l-pussess bhala t-tieni kappillan tal-Fontana fit-18 ta' April tal-istess sena.

Matul il-parrokat tieghu kompla fejn halla Dun Guzepp Hili. Hafna mill-parrokat tieghu kien fi zmien il-gwerra; zmien ta' incertezzi kif ukoll ta' ghaks. Ta' min isemmi li f'Ghawdex fl-ewwel zminijiet tal-gwerra l-poplu beda jmur bi hgaru l-knisja izda dan il-fervur tal-bidu batta hafna meta l-gwerra indrat.

Minkejja li kien zmien il-gwerra rnexxielu jaghmel diversi opri fil-knisja; ta' min isemmi: i) apparat tal-bellus ahmar ghall-festa ta' Sant Andrija, ii) brazzi tal-kristall ghall-artal maggur, iii) bust tal-kappillan Hili. Fuq kollox hallas id-dejn li l-kappillan Hili ghamel fuq id-dar tal-kappillani.

Uza t-talent tieghu ta' predikatur biex iheggeg id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu. U din kien jaghmilha mhux biss fil-parrocca tal-Fontana izda kull fejn kien imur jippriedka. Wara seba' snin ta' hidma bhala kappillan halla din id-dinja fit-12 ta' Marzu, 1944. Kien ghandu ma ghalaqx is-56 sena.

Dun Mikiel Grech ( 1908 - 1955 )

It-tielet kappillan tal-Fontana huwa Dun Mikiel Grech. Twieled fir-Rabat Ghawdex fis-15 ta' Frar 1908 minn Gorg u Annunzjata mwielda Mizzi.

Ordna sacerdot fis-17 ta' Marzu 1934. Qatta' l- ewwel snin tal-hajja sacerdotali tieghu bhala sagristan magguri u vici - parroku fil- parrocca ta' San Gorg. Ghallem ukoll il-matematika fis-Seminarju Minuri.

Fl-14 ta' Mejju 1944 ha l-pussess bhala t-tielet kappillan tal-Fontana - kariga li temm bil-pussess ta' kanonku tal-Katidral fil-11 ta' Marzu 1956. Fi zmienu saru diversi opri; i) gie inawgurat il-monument lill-ewwel kappillan, ii) saru hames artali tal-knisja, iii) il-lampier ta' nofs il-knisja, iv) fjuretti tal-ganutell ghall-artali kollha, vi) censier tal-fidda, vi) pissidi sabih, vi) twahhal arlogg mal-faccata tal-knisja, li l-kappillan Hili kien talab lill-Gvern.

Ha hsieb ukoll biex il-festa tigi organizzata ahjar wara tmiem il-gwerra. Saru l-istatwi li jintramew fit-toroq, inkluza dik ewlenija tal-Qalb ta' Gesu.

Fl-1947, jigifieri fit-tliet mitt sena mit-twelid ta' Santa Margerita Marija Alacoque bidel l-istatwa qadima taghha li kien hemm fil-knisja, peress li kienet spiccat, ma ohra gdida. Beda jorganizza purcissjoni ad unur din il-qaddisa izda li llum ma ghandhix issir.

Gab ukoll statwa tal-Qalb ta' Marija biex l-ispirtu li z-zjara tal-Madonna ta' Fatima fl-1949, kienet xeghlet jibqa haj. Ta' kull sena kien jiccelebra l-festa taghha b'zewg ghosrien, quddiesa solenni u priedka. Barra minn hekk ghadu jissemma ghall-assidwita tieghu fil-qrar, it-tqarbin u l-assistenza mal-moribondi.

Wara l-pussess tieghu ta' kanonku tal-Katidral fil-11 ta' Marzu, 1956 baqa' jservi bhala vigarju ekonomu sal-pussess tar-raba' kappillan - Dun Nikol G.Cauchi li aktar tard sar Isqof ta' Ghawdex.

Fl-1972 inhatar bhala kanoniku Tezorier tal-Kapitlu tal-Katidral. Baqa' jghallem il-matematika fis-Seminarju ta' Ghawdex. Halla din id-dinja fit-22 ta' Jannar 1995.

Dun Nikol Cauchi (1929 - 2010)
Ir-raba' kappillan tal-Fontana huwa Dun Nikol Cauchi. Twieled l-Gharb nhar it-2 ta' Marzu, 1929 minn Guzepp u Guzeppa mwielda Portelli.

Kien ordnat sacerdot nhar id-29 ta' Marzu 1952. Wara l-ordinazzjoni sacerdotali kompla jistudja fl-Universita Gregorjana gewwa Ruma minn fejn kiseb dottorat fil-filosofija u licenzjat fix-Xjenzi Socjali. Ghal xi zmien kien vici-parroku f' Ladispoli qrib Ruma. Meta gie lura f'Ghawdex inhatar professur tal- Filosofija u tal-Istorja fis-Seminarju ta' Ghawdex.

Fis-27 ta' Mejju 1956 ha l-pussess bhala r-raba kappillan tal-Fontana. Fi zmienu saru dawn l-opri: i) waslu sett qniepen godda minghand id-ditta Baracozzi ta' Milan li tbierku mill-Isqof Guzeppi Pace fis-27 ta' Mejju 1958, jum Ghid il-Hamsin. ii) sett ta' gandlieri tal-fidda ghall-artal maggur. Fihom tnax-il ratal fidda l-wiehed.

Sahhah l-Azzjoni Kattolika u dahhal il-Legjun ta' Marija filwaqt li hadem ukoll hafna fuq livell djocesan. Hadem hafna biex jitwaqqaf il-Moviment Azzjoni Socjali f'Ghawdex, u fl-1958 sar l-ewwel president. Fl-ahhar ta' Settembru 1962 spicca minn kappillan u fl-1 ta' Ottubru nhatar l-Prefett tal-Istudji s-Seminarju ta' Ghawdex. U fid-9 ta' April, 1967 kien ordnat bhala Isqof awziljarju u amministratur Appostolika ghal Ghawdex. Wara l-mewt tal-Isqof Guzeppi Pace inhatar bhala Isqof ta' Ghawdex.

Mhux possibbli li nsemmi anki fil-qosor il-hidma episkopali tul it-38 sena li dam Isqof. Ghamel diversi riformi fid-djocesi ta' Ghawdex u hadem b'zelu kbir. Hadem hafna biex igib 'il quddiem is-Seminarju ta' Ghawdex u l-formazzjoni tal-Kleru. Hadem ukoll biex isir Sinodu Djocesan. Dan beda fil-11 ta' Ottubru fil-Katidral u nghalaq nhar it-22 ta' Novembru. L-atti sinodali kienu ppubblikati fid-9 ta' Marzu 1993. Holma ohra tieghu kien li jiftah skola sekondarja ghall-bniet. Gheleb kull tfixkil u l-holma tieghu sehhet bil-ftuh tal-iskola sekondarja msejha Bishop's Conservatory f'Settembru 2002. Fil-15 ta' Jannar 2006 l-Isqof Cauchi temm il-mandat tieghu bhala Isqof Djocesan izda xorta wahda baqa' attiv bl-omeliji fil-quddies, bil-kitba u l-programmi fuq ir-Radju, u bhala ghalliem tal-filosofija fis-Seminarju ta' Ghawdex. L-Isqof Nikol G. Cauchi kien devot kbir tal-Qalb ta' Gesu u kiteb dawn il-kotba fuq din it-tema: Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu 1986, il-Qalb divina ta' Gesu u l-Qalb Imqaddsa ta' Marija 2005, Matul ix-xahar ta' Gunju: meditazzjonijiet qosra fuq il-Qalb ta' Gesu 2008.

Miet fl-Isptar Mater Dei fil-15 ta' Novembru 2010.

Dun Lawrenz Xerri (1933 - )

Il-hames kappillan tal-Fontana huwa Dun Lawrenz Xerri. Twieled il-Furjana fis-7 ta' Gunju 1933, minn Lorenzo u Angela mwielda Scicluna.

Ordna sacerdot fit-12ta' April, 1959. Mill-ewwel inhatar prefett tad-Dar ta' San Guzepp u fl-1 ta' Ottubru beda jservi ta' Kappillan tal-gzira ta' Kemmuna. Ha l-pussess bhala l-hames kappillan fis-27 ta' Jannar, 1963.

Nhar id-9 ta' Marzu, 1965 ta bidu ghall-bini tan-navi. F'dan ir-rigward kien meghjun mis-sacerdot zaghzugh Dun Guzepp Bajada u mis-sinjuri Leli Schembri u Leli Farrugia. Ix-xoghol sar taht it-tmexxija tal-Perit Joseph Dimech u l-bennejja kienu l-ewwel Sidor Spiteri u aktar tard huh Grezzju.

L-ewwel gebla tbierket mill-Isqof Mons. Guzepp Pace fit-28 ta' Marzu, 1965. Fil-bidu tal-1966 tlestiet in-nava ta' San Pawl u mbaghad dawk ta' Lourdes, u ta' Sant Indrija. Fl-ahhar dik ta' San Mikiel intemmet fil-5 ta' Jannar 1968. In-navi swew £ 8000 u tbierku fis-16 ta' Awissu, 1968 mill-Isqof Mons. Nikol G. Cauchi. Sar hafna xoghol b'xejn inkluz mill-kappillan innifsu.

Matul il-parrokat tieghu ngiebu tliet statwi: dik tal-Madonna tar-Ruzarju fl-1964, ta' Santa Tereza tal-Bambin Gesu fl-1966, u ta' San Gejtanu fl-1968. L-ispejjez tal-ewwel tnejn ingabru mis-sacerdot Dun Ruzar Borg u saru Spanja. It-tielet wahda hadimha Wistin Camilleri. Ingabet ukoll Via Sacra mahduma f'Milan u tbierket fis-17 ta' Marzu, 1968.

Dun Lawrenz zied l-attivitajiet fost it-tfal u z-zghazgh, sahhah l-Azzjoni Kattolika u gieb 'il quddiem il-festa tal-Qalb ta' Gesu billi beda jiccelebra solennement id-disa gimghat.

Fil-15 ta' Marzu, 1969 ha l-pussess ta' kanoniku tal-Katidral fejn ghadu jservi sa llum u hekk spicca minn kappillan tal-Fontana. Mill-1969 beda jservi ta' ghalliem fl-iskola Sekondarja tal-Bniet u spicca fl-1994, u ghal dawn l-ahhar hamsa u ghoxrin sena ha sehem attiv fil-Mixja Spiritwali tan-Neokatekument. Fil-prezent qieghed jaghti s-servizz pastorali fil-parrocca tal-Qala u kull nhar ta' Hadd iqaddes fil-kappella ta' Lourdes, f'Ghajnsielem. Huwa jiehu hsieb ukoll fil-parrocca tal-Qala l-Legjun ta' Marija u l-Azzjoni Kattolika. Mhux ta' min jinsa li fis-19 ta' April 2009, saret Koncelebrazzjoni fil-parrocca tal-Qala bhala ringrazzjamemt lil Alla f'gheluq il-gublew tad-deheb mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu.

Dun Ġwann Ċini (1935 - 2007)
Is-sitt kappillan tal-Fontana huwa Dun Gwann Cini. Twieled fil-21 ta' Dicembru 1935 minn Celest u Marija mwielda Dimech.
Fl-1954 beda l-kors tal-filosofija fis-Seminarju ta' Ghawdex izda tliet snin wara mar l-Indja biex ikompli l-istudji tieghu. Fit-8 ta' Mejju 1960, gie ordnat sacerdot mill-Isqof Frangisku Saverju Fenech, li kien kappuccin u l-ewwel Isqof ta' Jhansi, fl-Istat ta' Uttar Pradesh, fil-Katidral ta' Sant' Antnin f'Jhansi stess.
Dun Gwann wettaq xoghol pastorali kemm fl-Arcidjocesi ta' Ranchi kif ukoll fid-djocesi ta' Jhansi. Wara li rritorna mill-Indja, Dun Gwann inhatar bhala kappillan tal-Gharsi fejn ha l-pussess fil-25 ta' Mejju 1965. Imbaghad fil-25 ta' Mejju 1969, ha l-pussess tal-Parrocca tal-Fontana. huwa kien l-ewwel kappillan minn din il-parrocca u dam ghal kwazi ghoxrin sena sakemm irrezenja fil-11 ta' April 1991.
Matul il-parrokat tieghu sar diversi opri fil-Knisja:
i) nicca gdida ta' Sant Andrija
ii) paviment tan-navi bl-irham u zokklatura tal-irham
iii) artal gdid forma ta' mejda b'erba statwi tal-bronz li nhadem Milan fuq abbozz ta' Guzeppi  Sagona
iv) xoghol tal-pasta fis-saqaf
v) restawr u induratura
vi) kisi taz-zuntier bil-madum. dan sar bil-hidma tal-Arcipriet Emeritus Dun Guzepp Borg Attard
vii) twieqi stained glass li jirrapprezentaw figuri mit-Testment il-Qadim
viii) statwa tar-Redentur
Dun Gwann ta attenzjoni kbira lit-taghlim nisrani tant li fis-16 ta' Ottubru kien imbierek u inawgurat centru gdid in-naha ta' wara tac-centru tal-Azzjoni Kattolika. Fil-festa tal-1973 beda johrog ir-rivista annwali L-Ghajn il-Kbira. Zied id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu fl-1975, proprju f'gheluq it-tliet mitt sena mid-dehriet tal-Qalb ta' Gesu lil Santa Margerita Marija Alacoque. Il-festi tmexxew mill-Kardinal Ermenegildo Florit. Biex ixerred id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu hu ppubblika l-ktejjeb Riflessjonijiet dwar il-Qalb ta' Gesu. Fl-1993 beda hidma gdida fis-Santwarju ta' Pinu filwaqt li fis-6 ta' Novembru 1994 inhatar vici-Rettur ta' dan is-santwarju. Baqa' jokkupa din il-kariga sas-19 ta' Dicembru 2006. Halla din id-dinja fid-9 ta' Lulju 2007, fl-eta ta' wiehed u sebghin sena.

 

Dun Ġorg Bezzina (1953 - 2012)
Is-seba' kappillan tal-Fontana huwa Dun Gorg Bezzina. Twieled ir-Rabat Ghawdex, nhar it-8 ta' Dicembru, 1953. Ircieva l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tar-Rabat, skola sekondarja fil-Belt tal-Vatikan, fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu u edukazzjoni terzjarja fl-M.C.A.S.T ( Malta College of Arts, Science and Technology) fejn akkwista d-Diploma in Business Management. Hadem f'diversi oqsma fosthom bhala direttur u Accountant ta' Westminister Group of Companies u Westminister Holding Ltd.
F'Ottubru 1984 beda l-istudju tal-filosofija u t-teologija fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu f'Ghawdex. Gie ordnat sacerdot nhar it-23 ta' Gunju 1990. Dritt wara ghamel tliet xhur fil-parrocca ta' S. Eustorgio gewwa Milan. Kien attiv bhala membru fit-Tigdid Karizmatiku.
Fid-9 ta' Gunju 1991 ha l-pussess bhala s-seba' kappillan tal-Fontana. Matul il-parrokat tieghu saru diversi opri fosthom il-pittura tas-saqaf, sopraporta u pavaljuni rrakkmati, antiporta, ventartal irrakkmat bid-deheb, dijadema tad-deheb ghall-istatwa tat-titular bhala tifkira tac-centinarju tal-konsagrazzjoni tal-knisja, restawr tat-titular tal-Qalb ta' Gesu u restawr tal-orgni, tibdil fis-sistema tal-elettriku, linef, lapidi kommemorattivi ta' avvenimenti storici li saru fil-knisja fosthom zjajjar ta' Kardinali u Kavallieri.
Dun Gorg immodernizza s-sistema pastorali tal-parrocca: beda jintuza r-radju halli tixxandar il-kelma ta' Alla. Hatar ministri straordinarji tal-Ewkarisitja biex ta' kuljum iwasslu lil Gesu Ewkaristija lill-morda fi djarhom.Waqqaf group leaders ghal kull triq biex  iqassmu l-bullettin lill-familji u jzommu kuntatt bejn il-kappillan u l-familja. Dahhal ukoll il-quddiesa ta' Nofs il-Lejl fl-ewwel tas-sena. Ghamel minn kollox biex il-quddiesa tal-Hadd ikun animat sewwa u l-quddiesa tiftiehem ahjar.

Dun Gorg xerred id-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu tant li kkonsagra lill-familji kollha tal-Fontana u ta' Ghawdex. Rikordju ta' dawn huma t-tlettax-il kewkba tad-deheb li gew imwahhla mill-kappillani tal-irhula kollha ta' Ghawdex fuq id-dinja li hemm taht  l-istatwa tal-Qalb ta' Gesu.
Heggeg ukoll l-adorazzjoni lejn l-Ewkaristija. Ghalhekk irranga l-kappella ta' San Mikiel u l-knisja bdiet tinfetah kwazi l-jum kollu. Dan biex ma nsemmux il-hafna xoghol li ghamel bil-mohbi bhal karita, counselling, kliem ta inkoraggiment u ta' farag.
Dun Gorg inhatar Monsinjur Cappellano di sua Santita permezz tad-digriet tal-24 ta' Settembru 2009 u kien attiv hafna bl-ghoti ta' rtiri, xandiriet fuq ir-radju u hidma pastorali. L-ahhar kariga li rcieva kienet fit-8 ta' Frar 2011 meta nhatar amministratur tal-Knisja ta' San Gakbu.
Miet fit-13 ta' Settembru 2012.

 

Dun Lino Vella (1961 - )
It-tmien Kappillan tal-Fontana huwa Dun Lino Vella. Twieled fl-1 ta' Gunju 1961 bin Louis u Carmen imwielda Micallef.
Attenda l-iskola tas-Sorijiet Karmelitani u l-iskola primarja ta' Kercem, u wara l-iskola sekondarja Ninu Cremona fir-Rabat, f'Settembru 1978 beda l-formazzjoni ghas-sacerdozju fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu. Bejn l-1982-1983, matul is-sena intermedjarja wettaq xoghol ta' gwida fil-katakombi ta' San Bastjan f'Ruma. Gie ordnat sacerdot fit-28 ta' Gunju 1986.
Lura f'Ghawdex, Dun Lino hadem principalment fil-qasam edukattiv fis-Seminarju Minuri ta' Ghawdex. Matul dawn is-snin ghallem diveri suggetti u kien jaghmel parti mit-tmexxija tal-istess skola. ghal xi zmien kien responsabbli miz-zghazagh fil-parrocca ta' Kercem. Kien ukoll direttur spiritwali tal-Ghaqda Muzikali San Girgor ta' Kercem.
Fis-17 ta' Settembru 2007 l-Isqof ta' Ghawdex Mario Grech hatar lil Dun Lino bhala t-tmien kappillan tal-parrocca tal-Fontana. Ha l-pussess fit-18 ta' Novembru tal-istess sena.
Mill-ewwel beda jippjana kif ghandu jahdem ghall-gid tal-parruccani minghajr ebda distinzjoni. Beda jahseb kif ser jorganizza l-hidma pastorali, u jigbed lill-poplu lejn il-Qalb ta' Gesu. Beda jghallem permezz tax-xandir ta' Alla, organizza l-festa ta' Sant Andrija u l-festi tal-Milied. Kompla l-hidma tieghu b'hegga sakemm giet marda fuqhu tant li kellu jieqaf minn kappillan. Irrezenja minn kappillan b'mod ufficjali f'Novembru tal-2008.
L-iskrittura tghidilna: Dan ghandhom tkun tafu, huti gheziez: li quddiem il-Mulej jum wiehed hu bhal elf sena, u elf sena bhal jum wiehed ( 2 Pt 3,8 ). U dan nistghu napplikawh ghall-parrokkat ta' Dun Lino. Prezentement jaghmel parti mill-istaff tas-Seminarju Minuri ta' Ghawdex.

Dun Alex Refalo (1961 - )
Dun Alex Refalo twieled ix-Xaghra Ghawdex nhar id-9 t’Ottubru 1961, iben Carmelo mwieled ix-Xaghra u Carmela nee Falzon imwielda n-Nadur. Huwa l-hdax-il tifel, l-ahhar wild tal-familja.
Attenda l-iskola tas-Sorijiet Frangiskani tax-Xaghra u fil-1966 beda jattendi l-Iskola Primarja tar-rahal. Kompla l-edukazzjoni fl-iskola Sekondarja x-Xaghra u dik ta’ Victoria.
Dahal is-Seminaju biex jibda l-kors ghas-sacerdozju f’Settembru tal-1978. Dak iz-zmien il-kors kien jinkludi sentejn Sixth Form. Fil-1983 mar ghal sena fi New York biex jahdem bhala parti mill-kors tal-formazzjoni. Ordna Sacerdot fid-27 ta’ Gunju 1987 mill-mibki Isqof Mons. Nikol Cauchi. 
Wara l-ordinazzjoni mar Ruma fil-Parrocca Santa Lucia u hemm beda kors fit-Teologija Spiritwali (Teresianum) sa ma temm il-Licenzja. Wara 4 snin f’din il-parrocca mar iwettaq il-hidma tiegħu bħala Vici fil-Parrocca ta’ Sant’Injazju, dejjem go Ruma. Hemmhekk temm kors iehor u kiseb Masters fix-Xjenza tal-Formazzjoni.
Fil-1996 gie lura lejn Ghawdex u beda l-hidma tieghu fis-Seminarju bhala Direttur Spiritwali tas-Seminaristi, flok  Dun Mikiel Attard. Hdax il-sena wara, wara waqfa ta’ sitt xhur f’Ruma nhatar bhala Amministratur Parrokkjali tal-Fontana. Id-digriet igib id-data tas-17 ta’ Marzu 2008.  Dam joffri dan is-servizz  sat-8 ta’ Settembru 2009 u mbagħad inhatar bħala Direttur tas-Sena Propedewtika, sena li thejji lil dawk li jhossu s-sejha li jibdew il-kors tal-formazzjoni fis-Seminarju. Huwa ghadu jaqdi din il-hidma sal-lum.

Dun Joseph Bajada (1970 - )
Id-disa' kappillan tal-Fontana huwa Dun Joseph Bajada. Twieled ix-Xaghra fit-30 ta' Lulju 1970.
Huwa beda l-formazzjoni sacerdotali tieghu fis-Seminarju Magguri tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu fl-1988. Ghamel l-esperjenza tas-Sena Intermedjarja fi New Jersey, fl-Istati Uniti tal-Amerika. Dun Joseph kien ordnat Djaknu minn idejn l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi, dak iz-zmien Isqof Djocesan, nhar l-24 ta' Gunju 1994. Wara esperjenza ta' sena Djakonat fil-Parrocca tan-Nativita f'Ruma, kien ordnat sacerdot fil-21 ta' Gunju 1996.
Wara l-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu, Dun Joseph wettaq seba' snin ta' hidma pastorali f'Ruma gewwa l-Italja. Lura Ghawdex, Dun Joseph inhatar Vici-Rettur fis-Seminarju Magguri tal-Qalb ta' Gesu, fejn dam sitt snin f'din il-kariga. Nhar it-Tlieta 8 ta' Settembru 2009, Solennita tat-Twelid tal-Vergni Marija, Dun Joseph inhatar bhala kappillan tal-Parrocca tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu fil-Fontana. Huwa kien qieghed jissuccedi lill-Kan. Onorarju Dun Lino Vella u lill Dun Alex Refalo li serva bhala amministratur parrokkjali bejn Marzu tal-2008 u Settembru tal-2009.
Ic-cerimonja tal-pussess saret nhar il-Hadd 10 ta' Jannar 2010. Il-Quddiesa tal-pussess tmexxiet mill-Isqof ta' Ghawdex Mons. Mario Grech.
Fil-parrokat tieghu l-kappillan ta' spinta biex il-Liturgija fil-knisja tkun wahda hajja u jishaq li x-xoghol fil-knisja ghandu jkun kontinwu. F'Marzu tas-Sena 2011, il-Parrocca tal-Qalb ta' Gesu ccelebrat il-mitt sena mindu twaqqfet bhala  parrocca. Il-motto ghac-centinarju li ntghazel mill-kappillan hu Mitt sena Parrocca - Mitt sena qrib tieghek.

Dun John Muscat (1959 - )
L-Ghaxar Kappillan tal-Fontana huwa Dun John Muscat. Twieled Sannat fit-30 ta' Gunju 1959. Attenda l-iskola primarja ta' Sannat u dik secordarja tal-Lyceum. Huwa temm il-formazzjoni Sacerdotali fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu f'Ghawdex u gie ordnat Sacerdot mill-Beatu Gwanni Pawlu II ( dalwaqt Qaddis ) fil-31 ta' Mejju 1984.
Dun John telaq ghal-pastorali gewwa l-Istati Uniti ta' l-Amerika fid-djocesi ta' Camden fi New Jersy u wettaq diversi ministeri fil-Kunsill tal-Vokazzjonijiet, Kummissjoni bejn il-Lhud u Kattolici, Kummissjoni Marjoligika, fit-Tribunal Ekklezjastiku, Direttur tal-Propoganda Fidei, Direttur tal-Catholic Refief Services ghad-Djocesi u fil-missjonijiet tal-Brazil, u Assistent Direttur Spiritwali fis-seminarju ta' St. Charles Borromeo f'Philiadelphia, PA. Huwa kien Amministratur ta' diversi parrocci u ghamel kors ta' 4 snin fil-Psikologija Klinika f'Universita ta' Pennsylvania.
Dun John huwa Kanoniku Onor. tal-Bazilka Kolleggjata tal-Vizitazzjoni ta' Gharb minn 2009. Huwa sar Kavallier tal-Santu Sepulkru ( Qabar ta' Kristu ) fil-Kattidral ta' New York f'2003 mill-Kard. Edward Egab u lahaq Kmandant tal-Ordni fil-Kattidral tal-Imdina, Malta minn Nunzju Apostoliku Tomaso Caputo f'2011. Dun John kien wiehed mill-kappillani ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex, Awditur fit-Tribunal Ekklesjastiku u Rettur tal-Knisja tax-Xlendi. Mill-4 ta' Ottubru 2012 sal 21 ta' Jannar 2013, fejn issa qieghed kappillan tal-Qalb ta' Gesu fil-Fontana Ghawdex.
Ic-cerimonja tal-pussess saret nhar il-Hadd 17 ta' Marzu 2013. Il-quddiesa tal-pussess tmexxiet mill-Isqof ta' Ghawdex Mons. Mario Grech.

Fr Simon Cachia ( 1985 - )
Nhar it-23 ta' Lulju 2019 l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech ħatar lil Dun Simon Mario Cachia, mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri (il-Belt Victoria), bħala l-ħdax-il Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Fontana.
Dun Simon twieled fil-Belt Victoria fis-7 ta’ Novembru 1985. Wara l-formazzjoni fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, huwa ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ Mejju 2011. Wara l-Ordinazzjoni, kompla l-istudji tiegħu fil-Pedagoġija u t-Teoloġija fl-Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma, filwaqt li kien ukoll kollaboratur parrokkjali fil-Parroċċa ta’ Sant’Injazju ta’ Antjokja fl-istess djoċesi.
Lura Għawdex f’Settembru 2015, ġie maħtur Delegat tal-Isqof għall-Katekeżi u kollaboratur parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem. Huwa wkoll lekċerer tal-Kateketika fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.