|
Young Hearts
Adoloxxenti Fontana
Kien f'Settembru , ezattament fil-bidu tas-sena kateketika, meta gejt mitlub mill-kappillan precedent Fr Joseph Bajada biex nghin fl-istruttura u t-tmexxija tal-grupp tal-adoloxxenti fi hdan il-parrocca tal-Fontana.
Hassejt li ghandi nilqa din is-sejha biex naghti s-sehem umli tieghi fit-tmexxija ta' dan il-grupp. Ghalkemm jien miniex minn din il-parrocca xorta dhalt b'impenn u dedikazzjoni biex f'din s-sena tal-Fidi, bil-faqar tieghi nhalli lil Kristu juzani bhala strument f’idejh biex inwassal kelmtu lil dawn iz-zghazagh. Nistqarr li mhux facli tahdem ma din il-faxxa tas-socjeta, meta tqis li trid taqdef kontra kurrenti u sfidi li toffri d-dinja tal-lum u li kienet il-kagun li dahhlet lill-bniedem f'raqda fonda spiritwali.
Mill-ewwel laqgha li kellna l-kappillan laqaghni mal-membri ta' din il-grupp u mal-ewwel tajna bidu biex flimkien fassalna programm u tajna direzzjoni ghas-sena li kellna quddiemna. L-adoloxxenti gew mistiedna jahsbu f'isem ghal dan il-grupp u hargu bl-idea ta' Young Hearts, sinonimu mal-Qalb ta' Gesù. Dan il-Programm kien jinkludi fih diversi esperjenzi, fosthom laqghat ma mistiedna minn setturi diversi, attivitajiet spiritwali, talb, kif wkoll mumenti ta' rikreazjoni bi stil differenti. B'hekk il-messgg ta' Kristu fi zminijiet tal-lum setgha jasal aktar fil-qalb ta' dawn iz-zghazagh. Ghal dan il-Parrocca investiet fi projector biex jintuza waqt dawn il-laqghat ta' formazzjoni. Dawn l-laqghat bdew ikunu ta' aktar interess, interattivi u n-numru ta' dawk li jiffrekwentaw l-grupp beda jizdied. Matul is-sena kellna testimonjanzi minn hafna nies gejjin minn diversi oqsma, fosthom seminaristi, sacerdoti, persuni li ghamlu esperjenza ta' fidi qawwija, zghazagh u ohrajn.
Kellna wkoll mumenti qawwija fi zmien l-Avvent u r-Randan. Wiehed jista jsemmi l-irtit tar-Randan li sar go Dar Guzeppa Debono, li kien immexxi mill-kappillan Fr Joseph Bajada li dan iz-zmien kien jaf sew l-grupp u mill-kappillan il-gdid Fr John Muscat, fejn kellu l-opportunita li jiltaqa mal-ewwel parruccani. Matul din is-sena l-grupp ha sehem f'attivita principali ghall-adoloxxenti organizzata mid-Djocesi ta' Ghawdex f'okkazjoni tal-festa ta' Kristu Rxoxt, organizzajna Via Sagra mmeditata fuq l-gholja ta' Ghammar, gew mistiedna sorijiet mil-Little Sisters of the Poor f'okkazjoni ta' Jum il-Vokazzjonijiet, gie mistieden pulizija kattoliku li ta l-esperjenza tieghu ta' xoghlu bhala nisrani u tratta wkoll l-perikli li jistghu jhabbtu wicchom maghhom l-adoloxxenti tal-lum. Kellna ukoll hafna avvenimenti ohra bi skop wiehed, li flimkien nduqu ftit mil-imhabba ta' Alla ghalina.
Stefan Attard
|