Innu lil Sant' Andrija Appostlu
Sant' Andrija kbir Appostlu
tal-erwieh kbir sajjied,
ghax imxejt dejjem ma' Kristu
bl-gherf imqaddes tas-Smewwiet.
Inti tlaqt wara l-Imghallem
ghax rajt fih l-akbar Habib,
sa wasalt biex ghall-imhabba
thaddan bhalu s-Salib.
Rit.
O kbir appostlu, lilek kull fohrija,
Habbar tas-sewwa, Martri ghall-qlubija.
seddaq fi qlubna fidi, tama w sliem,
biex mieghek nidhlu fil-ferh ta' bla tmiem.
Sant' Andrija kbir Appostlu
lilek ninsgu palm u gieh,
ma' kuruna ta' mhabba,
dawl ta' gmiel, Martri rebbieh.
Ixghel f'qalbna fjamma tahraq
li twassalna fit-tgawdija,
fejn hemm inti tistenniena...
Patrun taghna - SANT' ANDRIJA.
Rit.
O kbir appostlu, lilek kull fohrija,
Habbar tas-sewwa, Martri ghall-qlubija.
seddaq fi qlubna fidi, tama w sliem,
biex mieghek nidhlu fil-ferh ta' bla tmiem.
Versi u Muzika: Joseph Bezzina.