Qlub Ferħana Fontanin
F'Mejju 2008 gejt avvicinata minn Fr Alex Refalo li f'dak iz-zmien kien qed jaghmel il-pastorali tieghu fil-parrocca tal-Qalb ta' Gesù Fontana sabiex jekk hu possibbli nibda
nghallem il-kitarra fil-Fontana. Dan bit-tama li niffurmaw grupp li jkun jista' janima l-Quddies tal-Hadd.
Fr Alex ghamel avviz li min jixtieq jitghallem il-kitarra ghandu
jikkuntatjah u ngabru grupp ta' sitta, seba. Allura ddecidejna li nibdew f'Awwissu u proprju fis-27 ta' Awwissu 2008 bdejna niltaqghu kull gimgha u fix-xahar ta'
Dicembru rnexxielna nibdew nanimaw Quddiesa wahda nhar ta' Hadd. Ghadda ftit taz-zmien u ffurmajna grupp iehor ta' tfal. Dawk li bdew jitghallmu l- kitarra beda jizdied.
Jizdidu z-zghar u l-kbar minhabba l-istudju kellhom jieqfu.
Sadattant wahda mill-ewwel grupp, Riana Gatt impenjat lilha nfisha u bdiet tiehu hsieb u anke tghallem il-kitarra lit-tfal.
Fil-fatt, bhala grupp, bdejna ndoqqu wkoll fil-Quddiesa tat-tfal li ssir nhar ta' Sibt fid-9.00am. dan grazzi ghal Riana Gatt u wkoll
tat-tfal kollha li jdoqqu. Fil-prezent qed nanimaw ukoll il-Quddies tat-8.30am u ta l-10.30am ta' nhar ta' Hadd gieli daqqejna ukoll barra mill-parrocca.
Tajna s-servizz taghna fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu li kien Quddiesa mxandra fuq Radju Marija morna wkoll fid-dar ta' l-anzjani tas-sorijiet Dumnikani ta'
Pompei fir-Rabat Ghawdex. Kemm ferhu l-anzjani meta raw liz-zghazagh u t-tfal taghna janimaw il- Quddiesa bid-daqq tal-kitarri u bil-kant.
Nitlob lil Alla li nkomplu
bis-semplicita kollha nahdmu sabiex naghtu s-servizz taghna lill-knisja b'tifhir lil Alla u b' gid ghall-proxxmu. Itolbu ghalina ha jsehh dan kollu.
Sr. Guza Cardona