Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Abbatini

Ghalkemm l-Fontana hija wahda mill-izghar irhula f'Ghawdex xorta wahda ghandna parrocca unika, ddedikata lill-Qalb ta' Gesù. F'din il-parrocca jsir hafna xoghol volontarju per ezempju s-sagristan taghna jew inkella l-katekisti u hafna izjed diversi xoghlijiet volontarji. Wiehed mix-xoghlijiet volontarji li nghin hu li nkun abbati. Ahna qeghdin madwar 20-il abbati; l-eta tal-abbatini tvarja minn 8 snin sa 18-il sena.

Ahna l-abbatini niltaqghu bhala grupp ghall-festi kollha tal-parrocca matul is-sena. Kull nhar ta' Hadd hemm roster biex kemm jista ikun hemm abbati ghal kull quddiesa ta' matul il-gurnata u matul il-gimgha ninqasmu wara xuxlin bil-kunjom. Meta  niltaqghu ghal xi festa s-servizz jinqasam dak l-hin minhabba li mhux kull darba jigu l-istess ammont minhabba l-impenji li jkollhom matul dik il-gimgha. Meta ma jkunx hemm bzonn tal-abbatini kollha ninqasmu fir-roster bhal nghidu ahna kull nhar ta' Hadd jew inkella fil-gimghat tal-Qalb ta' Gesù jew inkella fin-novena.

Kull nhar ta' Sibt ikollna laqghat ta' formazzjoni, xi drabi jkollna l-provi fl-okkazjoni tal-Milied, l-Ghid jew inkella l-festa tal-Qalb ta' Gesù. Jekk ma jkollniex xi provi jkollna diskussjoni fuq suggett interessanti. Wara l-laqgha ta' Formazzjoni ma tonqosx xi loghba futbol. Xi drabi ahna nohorgu ma xulxin bhala grupp ghal xi festa f'xi rahal jew immorru nieklu pizza. Fis-sajf ahna l-abbatini flimkien mal-kappillan u xi drabi ma seminarista norganizzaw live-in ta' bejn tliet ijiem u sitt ijiem. Dawn is-sitt ijiem jikkonsistu f'talb, nistrieh, mixjiet twal, ghawm u fl-ahhar gurnata ma tonqox xi loghba treasure hunt.

Nghid grazzi mill-qalb lil kull min jghin biex naghmlu dan is-servizz tant semplici imma bzonnjuz. Nixtieq naghmel appell lill-genituri biex iheggu lis-subien ta' din il-parrocca jinghaqdu maghna biex b'hekk ikunu numru iktar u nkunu ta' servizz lejn il-Qalb ta' Gesù

James Mizzi