Komunita` Ewkaristika
Madwar tliet snin ilu bdew jigu organizzati laqghat ghall-adulti u b'hekk nibtet il-komunita Ewkaristika.
Meta rajt l-avviz fuq il-bullettin mill-ewwel thajjart biex nattendi ghax dejjem kont nghid: jien li nheggeg lit-tfal taghna biex imorru d-duttrina jew il-muzew biex jitghallmu, jien ma mmur imkien, kemm nisma l-quddies u daqshekk. Bdejt inhoss li ghandi mmur, izjed u izjed meta darba minnhom it-tifel staqsieni ghaliex inmorru l-knisja. Hasadni ghall-ewwel ghax xi kultant immur il-knisja bi drawwa jew b'rutina. Ridt izjed nifhem il-Kelma ta' Alla. B'hekk din il-laqgha sibtha ideali.
Il-laqgha hija bbazata fuq erba' gimghat. Fl-ewwel gimgha tinqara silta mill-Vangelu u xi membru tal-Komunita jaghti spjegazzjoni ta' din is-silta bl-ghajnuna ta' Dun Joe. Fit-tieni gimgha terga' tinqara l-istess silta u xi haddiehor jaghti l-opinjoni jew l-esperjenza tieghu. Fit-tielet gimgha naghmlu adorazzjoni li matulha nergghu naqraw l-istess silta mill-Vangelu u ssir talb spontanju quddiem Gesù Sagramentat. Fir-raba' u l-ahhar gimgha niccelebraw quddiesa. Wara l-quddiesa niltaqghu flimkien biex nghidu kelma u nieklu xi haga li nkunu gibna ahna stess.
Kif jghaddu dawn l-erba gimghat niehdu silta ohra mill-Vangelu u nergghu nibdew l-erba gimghat ta' wara. F'din il-laqgha jigu kemm irgiel u nisa, ghalhekk sibtha tajba ghalija u ghal zewgi biex immorru flimkien bhala koppja. Hemm membri ta' kull eta, b'xoghlijiet different, stati differenti tal-hajja, passat differenti imma b'ghan wiehed, li nifhmu izjed il-Vangelu u nghixuh fil-hajja ta' kuljum.
F'din is-sena tal-fidi, nixtieq nistieden lilek li qed taqra dan l-artiklu biex taghmel appuntament maghna ghas-sena d-diehla. Naf li xi kultant ma tkunx facli li tieqaf ghal siegha fil-gimgha fil-hajja mghaggla li qed nghixu fiha imma zgur li jekk tigi ma tkunx gejt ghal xejn ghax xi haga ta' gid dejjem tista tiehu mieghek. Gesù qed jistenniek Narawk!
M' Stella Mizzi
|