Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Vokazzjonijiet li ħarġu mill-Fontana

Is-sigra tingharaf mill-frott. Il-frott ewlieni tal-parrocca huma l-vokazzjonijiet. Jixraq ghalhekk li fil-harga ta' din is-sena ddedikata lis-Sacerdozju, naghtu xi taghrif fil-qosor dwar is-sacerdoti, patrijiet li twieldu fil-parrocca tal-Fontana.
Dun Guzepp Cachia ( 1841- 1916 )
Bin Baskal u Marija nee Borg. Kien ordnat sacerdot fil-22 ta' Dicembru 1866 l-ewwel qassis li nafu bih mill-Fontana. Ghamel zmien Vici-Parroku f'San Gorg u Monsinjur tal-Katidral.

Dun Guzepp Zahra ( 1885 - 1942 )
Bin Andrea u Margerita nee Mizzi. Kien ordnat sacerdot fil-21 ta' Dicembru 1912. Ghamel zmien kappillan tal-kor il-Katidral u Cerominier tal-Isqof.

Dun Frangisk Mercieca ( 1895 - 1964 )
Bin Gorg u Teresa nee Zammit. Kien ordnat sacerdot fit-22 ta' Dicembru 1917. Kien attiv fil-Missjoni l-kbira. Sar kappillan tal-Ghasri fl-1937 u taz-Zebbug fl-1938. Fl-1963 sar l-ewwel Arcipriet ta' dik il-parrocca.

Dun Anton Mercieca ( 1895 - 1963 )
Bin Guzepp u Antonia nee Attard. Kien ordnat sacerdot fit-22 ta' Dicembru, 1922. Ghamel zmien Rettur tal-knisja ta' Santa Lucija u Monsinjur tal-Katidral. Huh, Dun Gorg li miet fl-1987, kien ghamel bosta snin kappillan tas-Sorijiet Dumnikani.

Dun Frangisk Spiteri ( 1896 - 1948 )
Bin Anton u Marija nee Spiteri. Ordna ma Dun Anton Mercieca fit-22 ta' Dicembru, 1922. Ghamel zmien kappillan tal-kor il-Katidral.

Dun Celestino Galea ( 1900 - 1972 )
Bin Frangisku u Marija nee Attard. Kien ordnat sacerdot fl-1 ta' Novembru 1924. Wara li kompla l-istudju tieghu f'Ruma, dam ghal bosta snin professor tal-Filosofija fis-Seminarju. Bejn l-1938 u l-1942 kien kappillan San Lawrenz. Ghamel zmien Monsinjur tal-Katidral.

Dun Guzepp Borg ( 1912 - 2007 )
Bin Gorg u Francesca Borg. Kien ordnat sacerdot fit-3 ta' Gunju, 1939. Hadem hafna fost it-tfal u z-zghazagh tal-Fontana sakemm fl-1948 inhatar kappillan l-Ghasri. Fl-1951 sar Arcipriet tal-Gharb fejn dam sal-1984. Fl-1962 inhatar Protonotarju Apostoliku.

Dun Frangisk Borg ( 1914 - 1985 )
Bin Bastjan u Govanna nee Farrugia. Kien ordnat sacerdot fit-18 ta' Mejju 1940. Ghallem il-Latin u t-Taljan fis-seminarju u hadem hafna fost l-ghaqdiet tal-parrocca. Ghamel zmien ceremonier djocesan. Fl-1967 inhatar Monsinjur il-katidral.

Dun Guzepp Borg Attard ( 1927 - 1996 )
Bin Manwel u Guzeppa nee Attard. Kien ordnat sacerdot fis-26 t'April, 1953. Hadem fost l-ghaqdiet tal-Fontana. iktar tard mar Firenze u Milan fejn kien ukoll kappillan. bejn l-1969 u 1983 kien Arcipriet tal-Qala. Fl-1 ta' Novembru 1985 inhatar il-Kancellier tal-Kurja.

Dun Albert Curmi ( 1929 - 2007 )
Bin Salvu u Angela nee Spiteri. Kien ordnat fil-15 ta' April, 1956. Hadem fil-parrocca taghna kif ukoll fil-belt ta' Firenze. Fl-1947 waqqaf fil-Fontana l-kor Kristu Sultan. Ghal hafna snin kien ghalliem fl-iskola Ninu Cremona, kif ukoll Rettur fis-Santwarju ta' Pompei.

Dun Tumas Curmi ( 1931 - 2009 )
Bin Anton u Marija nee Galea. Kien ordnat sacerdot fis-6 ta' April 1957. Kien instrumentali biex dahlu f'ghawdex iz-zghazagh Haddiema Insara. Bejn l-1967 u l-1986 kien Segretarju Amministrattiv tad-Djocesi. Ghamel zmien Monsinjur tal-Katidral.

Dun Guzepp Bajada ( 1934 - 2007 )
Bin Mose u Marija Antonia nee Vella. kien ordnat sacerdot fit-18 ta Marzu 1961. Ghal hafna snin kien ir-ruh tal-parrocca tal-Fontana direttur tal-ghaqdiet, prokuratur tal-knisja, tal-fratellanzi u tal-festa esterna u benefattur kbir, u kellu sehem attiv f'kulma sar fil-knisja taghna. Fl-1967, inhatar ghalliem fis-Seminarju u kappillan tal-Isqof.

Dun Gwann Cini ( 1952 - 2007 )
Bin Celest u Marija nee Dimech. Kien ordnat sacerdot fit-8 ta' Mejju, 1960, fl-Indja fejn ghamel snin jistudja u fejn ukoll wettaq xoghol pastorali. Wara li gie lura mill-Indja fl-1965, inhatar kappillan tal-parrocca tal-Ghasri. Erba' snin wara ha l-pussess tal-parrocca taghna, l-ewwel sacerdot mill-fontana li sar kappillan ta' rahal twelidu. Dam kappillan ghal kwazi 22 sena. Ghamel xi snin ukoll jaghti s-servizz tieghu fis-santwarju ta' Pinu.

Dun Joe Galea ( 1952 - 2007 )
Bin Salvu u Giga nee Attard. Kien ordnat sacerdot fit-18 ta' Gunju, 1977. Fl-2005 inhatar kappillan tal-parrocca Santissima Trinita f'Nichelino, Torin, b'xi tnejn u ghoxrin elf ruh. Hafna kienu l-hidmiet pastorali tieghu f'Turin, imma zgur jibqa mfakkar ghall-hidma fost iz-zghazagh. Kien il-fundatur tal-kumpless Sportiv Don Bosco li jhaddan mijiet ta' zghazagh.

Sacerdoti ohra li twieldu fil-Fontana u ghadhom mimlijin bil-ghomor:
Dun Alwig Vella
Bin Wistin u Marija nee Mercieca, twieled fit-8 ta' Gunju 1930. Kien ordnat sacerdot nhar is-Sibt il-Ghid ta' Marzu 1955. Ghamel tmien snin Vici-Parroku tal-parrocca taz-Zebbug. Fl-1964 ha l-pussess bhala Arcipriet ta' din il-parrocca, fejn dam jaqdi din il-kariga ghal 32 sena. Illum il-gurnata qed jaghti servizz kemm jista fil-parrocca taghna.

Dun Gorg Vella
Hu Dun Alwig, twieled fis-26 ta' Dicembru 1935. Kien ordnat sacerdot fit-18 ta' Marzu 1961. Ghal bosta snin kien Assistant Djocesan tal-Azzjoni Kattolika. Sa mill-ordinazzjoni sacerdotali wettaq il-ministeru fil-parrocca taz-Zebbug.

Dun Manwel Curmi
Hu l-mejjet Dun Tumas. Twieled fil-15 ta' Jannar 1937. Kien ordnat sacerdot fit-18 ta' Marzu 1961. Ghal hafna snin kien Direttur tal-Oratorju Don Bosco u Vici-Parroku r-Rabat. Ghamel zmien inkarigat mill-promozzjoni umana fid-djocesi. Fl-1985 waqqaf Dar Guzeppa Debono ghat-tfajliet b'xi problema. Hadem kemm felah b'risq il-persuni b'dizabilita' sakemm fl-ahhar, bl-ghajnuna tal-knisja u ta' bosta volontiera, irnexxielu jibni Dar Arka ghalihom wiehed mill-isbah monumenti li ghandha l-knisja fi gziritna

Dun Manwel Cordina,
Bin Guzepp u Rosa nee Formosa, twieled fit-28 ta' Mejju, 1949. Kien ordnat sacerdot fid-29 ta' Gunju 1980. Ghamel snin vici-parroku fi Stockholm, l-Izvezja. Fl-1984 sar vici-direttur id-Dar ta' San Guzepp, f'Ghajnsielem. Waqqaf il-Fondazzjoni OASI ghad-drogati u l-alkoholici.

Dun Salv Tabone
Bin Guzepp u Govanna nee Vella, twieled fit-2 ta' April 1950. Kien ordnat sacerdot mill-Papa Pawlu VI fi pjazza San Pietru fid-29 ta' Gunju 1975. Wettaq hidma pastorali f'Portsmouth l-Ingilterra. Ghal xi snin wettaq hidma sacerdotali fil-parrocca taz-Zebbug kif ukoll bhala kappillan tal-kor tal-Katidral u kaxxier tal-knisja.

Dun Gwann Bosco
Bin Guzepp u Agata nee Cassar, twieled fis-16 ta' Novembru 1952. Kien ordnat sacerdot fl-4 ta' Lulju 1978. Ghal xi zmien wettaq xoghol pastorali kemm Ruma kif wkoll f'Gibilta. Bejn 1979 u l-1983 hadem bhala Vigarju Parrokjali fil-parrocca taghna u bhala Direttur Djocesan tal-Ghaqda tal-Abbatini. Fl-1984 inhatar Rettur tal-knisja tal-Karmnu, ix-Xlendi u fl-1987 ufficcjal tal-Kurja, Sezzjoni tal-Proprjeta.

Dun Fabio Attard
Bin Gorg u Stella nee Farrugia, twieled fit-23 ta' Marzu 1959. Inghaqad mal-Ordni Salesjan fit-8 ta' Settembru 1980, u kien ordnat sacerdot fl-4 tal-Lulju 1987. Ghal xi snin ghamel xoghol pastorali fit-Tunesija kif ukoll Malta bhala Direttur tad-Dar St Patrick's tas-Sliema. Fl-ahhar Kapitlu tas-Salesjani, kien elett Membru tal-Kunsill Generali tal-Ordni Salesjan, b'responsabbilta tal-pastorali taz-zghazagh - kariga li ggorr maghha responsabbilta kbira.

Mill-parrocca taghna hargu wkoll tliet patrijiet
Gorg Spiteri
Dumnikan ( 1901 - 1941 ). kien ordnat 25 ta' Novembru 1923.

Serafin Galea ( 1916 - 2004 )
Bin Ganni u Angla Said. Issieheb mal-Ordni tal-Frangiskani Konventwali  fid-9 ta' Novembru, 1935. Kien ordnat fil-25 ta' Lulju 1942. Tliet snin wara ntghazel bhala surmast tal-istudenti fil-kunvent f'Birkirkara, f'dak ta' Pawl il-Bahar u f'dak tal-Belt Valletta. Serva wkoll bhala Provincjal.

Marcell Portelli
Missjunarju ta' San Pawl, bin Guzepp u Agata Mizzi, twieled fl-1 ta' Settembru 1951. Kien ordnat f'Ruma fl-24 ta' Gunju 1979. Fl-1981 telaq minn Malta lejn il-Missjoni fil-Peru fejn hadem anki bhala kappillan tal-parrocca enormi ta' Santa Anna li tinsab fil-muntanji. Inhatar wkoll ghal xi snin Superjur tal-Missjoni fil-Peru. Fl-2008 rega nhatar kappillan ta' parrocca ohra gewwa Lima fejn ghadu jservi sal-lum.

Xi tfajliet mill-Fontana dahlu sorijiet jew membri ta' istituti Sekulari. Fosthom
Sr Marie - Carmel Saliba O.S.C ( 1953 - 2006 )
Bint Joseph u Antonia nee Portelli. L-ewwel studenta Ghawdxija li kisbet il-Bacellerat fix-Xjenza fl-1975. Sena wara dahlet tghallem il-Fizika u l-Matematika fl-iskola De Soldanis fejn damet tghallem 8 snin. Fl-1985 bdiet il-hajja monastika mal-Klarissi f'San Giljan.

Sr Celetina Schembri
Bint Kelinu u Guzeppa nee Dimech, twieled fid-9 ta' Gunju 1944. F'Lulju 1960, hija dahlet soru mad-Dumnikani. Ghamlet 25 sena l-Ingilterra. Giet lura Malta fejn damet 8 snin.

Sr Rose Galea
Bint Kelinu u Guzeppa nee Galea, twieldet fit-13 ta' Lulju, 1952. Wara li lahqet ghalliema u damet tghallem sitt snin fl-iskola Primarja tal-Fgura, saret taf bil-Moviment Pro Sanctitate. Gietha l-vokazzjoni li ssir Oblata Apostoliku u fl-1 ta' Mejju, 1979, fis-seminarju ta' Ruma, ipprofessat fi hdan il-Movimnent Pro Sanctitate.

Talba: Iz-zerriegha li waqghet f'art tajba, tghidilna l-parabbola taz-zerriegha, ghamlet il-frott u l-frott kiber u tkattar. Aghmel, Mulej, li l-art kollha tal-parrocca taghna tkun tixbah lil din l-art tajba biex minnha jixxettlu dejjem aktar vokazzjonijiet religjuzi. Aghmel Mulej li z-zghazagh taghna jkunu dejjem generuzi ghas-sejha tieghek, ghax kif ghidtilna inti stess, il-hsad huwa kbir imma l-haddiema ftit. Qalb ta' Gesu hanina, aghmel li mhabbtek tikber fina.

Nota: Jekk xi qarrejja jsibu zi zball fit-taghrif li gibna hawn fuq, jew anki jekk forsi hallejna lil xi hadd barra, nitolbukom tgharrfu lill-kappillan. U minn issa stess niskuzaw ruhna.