Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Pjanta

Il- hâra kompliet tikber bejn is-sekli sbatax u tmintax. Kulma jmur il-qaghda generali ta’ Ghawdex saret iktar stabbli, id-dhul finanzjarju tal-Ordni kien zdied sewwa u l-popolazzjoni ta’ Ghawdex minn taht l-2000 fl-1600, qabzet ghal kwazi 7000 fl-1700. U zieda daqstant kbira rriflettiet ruhha anke f’Ghajn il-Kbira.

Mhux facli pero ssemmi numri ghax fil-listi kollha li ghandna, kemm ekklezjastici kif ukoll civili, il-hara hi dejjem imnizzla mar-Rabat. Nafu madankollu li l-post zviluppa f’erba’ direzzjonijiet.

L-eqdem parti tar-rahal, kif ga ghidna, hi dik ta’ madwar l-Ghajn, iktar preciz ta’ Wied Siekel. Il-kelma, kwazi minghajr dubju, tnisslet mill-Belt zghira ta’ Scicli fi Sqallija li hi qrib hafna ta’ Ghawdex. Nobsru li meta l-gzira kienet taghmel ma’ Sqallija, xi hadd minn Scicli gie joqghod qrib dal-wied. Il-familja laqmuha ta’ Scicli u l-post sar Wied Siekel.

Kwazi fl-istess zmien, inbnew id-djar faccata ta’ Ghajn il-Kbira li saru maghrufa bhala ta’ Ghajn Tuta. Din l-ghajn hi msemmija wara s-sigar tat-tut, mulberry trees, li jikbru fl-inhawi. Kien proprju f’din il-parti li lejn l-1890 il-Gvern Ingliz bena biccerija moderna ghall-htigijiet tal-Ghawdxin, biccerija li damet tintuza ghal disghin sena shah.

Ir-rahal beda mbaghad jikber ‘l fuq lejn ir-Rabat. Mhux f’linja dritta il-post maghruf bhala Bieb il-Ghajn jew fuq it-Tomba ghax il-passaggi ‘l hemm fuq kienu wieqfa wisq, izda lejn il-grigal. Biz-zmien dil-parti saret maghrufa bhala tal-Isptar, illum Triq l-Isptar. Dan minhabba l-fatt li fl-1783, il-knisja Ghawdxija fethet fl-inhawi sptar gdid ghan-nisa. Dan l-Isptar kien twaqqaf fil-Kastell fl-1454, izda biz-zmien sar zghir wisq u nbena iehor gdid fil-hara ta’ San Martin – dal-post kien mibdul fis-Seminarju ta’ Ghawdex fl-1866.

Fl-ahharnett beda wkoll tiela’ l-bini minn ta’ Mulejja  ‘l fuq. Isem din il-hara hu nom mimmat mill-Gharbi walijun, protettur. Minn din tnisslet mula, sinjur jew proprjetarju tar-raba. Jista’ jkun li l-beneficcjarju tas-Saqqajja kellu fil-qrib xi dwejra u ghalhekk il-post sar ta’ Mula u wara ra’ Mulejja, kelma li llum nuzawha biss ghas-sinjur Alla. Fl-1720 instabet fl-inhawi lupa tradda lil Romulus u Remus ta’ alabastru abjad u twila 25 centimetru. Din l-istatwetta, li llum tinsab fl-Muzew tal-Arkejologija fic- Cittadella, mhux mahsub li hi antika hafna.

Ir-rahal dam aktar minn mitejn sena jizviluppa f’dawk l-inhawi. Kien biss lejn l-1950 li nfethet it-triq il-gdida, illum Triq il-Kappillan Hili. Iktar tard, il-bini tela’ wkoll fi Triq Santa Duminka, l-ewwel billi ghaqqad it-triq il-gdida ma’ triq l-isptar u, aktar tard, din ta’l-ahhar man-naha ta’ triq Wied Siekel. Lejn l-1970, infethet triq gdida ohra, issa Triq il-Qalb ta’ Gesu u wara l-1980, beda jizviluppa wkoll il-bini wara l-Knisja li ghad jinghaqad minn wara ma’ triq il-Qalb ta’ Gesu.