Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Purcissjoni tad-Duluri

Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu 2018 se nagħmlu quddiesa fis-6pm fuq barra fi Trejqet Grezzja Grima fit-tarf ta’ Triq il-Qalb ta’ Ġesù u wara purċissjoni bl-istatwa devota tad-Duluri lejn il-knisja. Din hi manifestazzjoni tal-fidi tagħna, magħqudin fit-tbatija ta’ Marija Ommna biex nitolbuha tgħinna fil-gwaj tal-ħajja, ningħaqdu flimkien bħala identità ta’ Parroċċa waħda u Komunità tal-Fontana. Niltaqgħu hemmhekk