Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Grazzi Fr Joseph! Grazzi Marlon!

Il-komunità parrokkjali mistiedna tinġabar nhar is-Sibt li ġej, 11 ta’ Settembru, għall-Quddiesa tas-7.00pm biex issellem u tirringrazzja lil Fr Joseph Attard u lis-seminarista Marlon Bajada. Kulħadd imħeġġeġ jattendi għal dan il-mument sabiħ speċjalment il-familji taż-żgħażagħ u l-familji tal-abbatini. Wara, naqsmu xi ħaġa żgħira flimkien fuq iz-zuntier.