Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

ATTENZJONI LILL-MEMBRI TAL-PARROĊĊA TAL-FONTANA

Biex il-Parroċċa tal-Fontana tkompli tagħmel il-parti tagħha fil-ġlieda kontra l-Covid, b'effett immedjat u sal-11 t'April, ser jiġri dan li ġej:

MASKRI U SANITIZER ser jibqgħu obbligatorji f'kull proprjeta' li għandha l-knisja. IL-ĠBIR ser jibqa' jsir fil-kaxxi ħdejn il-bibien kif għamilna sa issa. 

IL-LAQGĦAT kollha fis-sala/ċentru parrokkjali marbuta ma' duttrina, adolexxenti, żgħażagħ, abbatini u anke adulti huma sospiżi. Inħeġġu biex fejn hu possibbli l-laqgħat ikomplu jsiru 'online'.

IL-QUDDIESA TAT-TFAL ser tiġi sospiża wkoll.

IL-FUNZJONIJIET fil-knisja, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, ser jibqgħu sejrin normali. Oqogħdu attenti għal meta nsejħulkom biex tibbukkjaw.

IS-SIĠĠIJIET FIL-KNISJA m'għandhomx jiċċaqalqu minn posthom! Barra minn hekk tħallux KARTI/TISSUES warajkom.

Iġġibux SANTI/FULJETTI fil-knisja.

Meta tkunu fil-knisja, ibqgħu dejjem attenti li ma toqogħdux qrib xi nies oħra li mhumiex mill-istess familja.

TQARBIN TAL-MORDA/ANZJANI: fl-isptar ma jistax isir. Rigward tqarbin fid-djar, sa fejn hu possibbli t-tqarbin isir MILL-QRABA. Min għandu diffikulta minħabba f'hekk ikellem lill-Kappillan. Hu skoraġġit ħafna li ddaħħlu fi djarkom saċerdoti/lajċi oħrajn biex iqarbnukom jekk mhumiex qraba.

GRAZZI ĦAFNA tal-koperazzjoni kbira li sibt tul din is-sena li ilna fil-pandemija u li għadni nsib minnkom ilkoll. Il-fatt li tiġu bi ħġarkom il-knisja tagħna, il-Ħadd u matul il-ġimgħa, u minkejja s-sagrifiċċji marbuta mad-direttivi li qegħdin hemm għal saħħitna, jimlieni b'ħafna ferħ u tama. Bl-għajnuna tal-Qalb ta' Ġesu' u ta' xulxin, naslu biex nirbħu anki dan il-mument. Bl-għajnuna tal-Qalb ta' Ġesu' u ta' xulxin, naslu biex nirbħu anki dan il-mument.

Il-Kappillan.