Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

bdejna nirranġaw it-taraġ taz-zuntier!

Bi pjaċir inħabbru li bdejna nirranġaw it-taraġ taz-zuntier! Il-ġebla l-antika ser titħalla filwaqt li s-siment, li kien ġie miżjud meta kien tkabbar l-istess taraġ, ser jinqala' biex jiġi simili għal dak li tpoġġa quddiem il-bibien tal-ġnub tal-knisja. Il-parti l-kbira ta' dan ix-xogħol ser ikun iffinanzjat minn fondi mill-Ministeru għal Għawdex, li kienu ingħataw lill-Parroċċa nhar il-Pussess tal-Kappillan, fl-2019. Minn dawn il-fondi ser jitħallsu wkoll ir-railings u l-bollards 'stainless steel' li għamilna fuq iz-zuntier.