Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

SOLENNITA' TAL-116-IL ANNIVERSARJU TAL-KONSAGRAZZJONI TAS-SANTWARJU TAL-FONTANA

Programm:
 
Il-Ħamis 28 ta' Jannar, Vġili tas-Solennita'. Fis-6.00pm jkollna Quddiesa bl-Ewwel Għasar integrat.
 
Il-Ġimgħa, Jum is-Solennita': Fis-6.00pm jkollna Konċelebrazzjoni solenni bit-Tieni Għasar integrat u bir-rit tal-inċensazzjoni tat-tnax-il salib u tal-artal. F'din il-Quddiesa ser inroddu ħajr lil Alla ta' kemm grazzji jixħet fuqna u talli l-komunita' rnexxielha tiġbor is-somma kbira li kienet meħtieġa għall-proġett tar-restawr. Kulħadd, speċjalment il-benefatturi, hu mistieden jattendi.