Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Avviżi importanti rigward il-programm tal-festa liturġika u rigward il-Quddies mal-poplu

F'dawn il-jiem ser jitqassam il-programm taċ-ċelebrazzjonijiet marbut mal-Festa Liturġika. Il-programm ġie mfassal mingħajr ma konna nafu meta ser niftħu mill-ġdid għall-Quddies. Peress li dan il-permess ser jingħata proprju fil-jiem tal-festa tagħna, jista' jkun li jkun hemm xi varjazzjoni fil-programm. Kull tibdil li jista' jkun hemm ser jiġi diskuss mas-saċerdoti tal-Parrċċa u ser jiġi mxandar bl-internet u bir-radju. Dan jgħodd ukoll għal x'ħin, meta u kif ser jibdew jiġu ċċelebrati l-Quddies fis-Santwarju tagħna.

Peress li din is-sena m'għandniex festa titulari u armar ta' barra u ta' ġewwa ser ikun limitat ħafna, il-Parroċċa ssejħilkom biex tiċċelebraw il-festa mod ieħor: billi tagħmlu volontarjat fis-Santwarju tagħna:

Volontarjat għal waqt il-Quddies

Fid-dawl tal-eventwalità tal-Quddies mal-poplu fis-Santwarju tagħna, ser ikun hemm bżonn numru ta’ voluntiera li jkunu ushers mal-bibien, li jnaddfu wara kull ċelebrazzjoni, eċċ. Dawn il-voluntiera ma jistgħux ikunu nies vulnerabbli! Mingħajr dawn il-voluntiera ma nkunux nistgħu niċċelebraw Quddies mal-poplu fis-Santwarju.

Nagħmlu stedina lil dawk li jistgħu joffru dan is-servizz biex naċċertaw li għandna għadd ta’ voluntiera responsabbli, diskreti u xierqa għas-servizzi li jkun hemm bżonn. Iktar dettalji meta joħorġulna direttivi ġodda mill-isqfijiet tagħna. 

Oqsma oħra ta' volontarjat:

  • Ħidma urġenti fuq it-twieqi l-kbar tal-korsija tas-Santwarju u possibilment anki tal-koppla. Iktar ma nkunu iktar neħilsu minnhom kmieni u inqas tiġri ħsara.
  • Daqq ta' qniepen tas-Santwarju, speċjalment fil-jiem tal-festa.

Dawk interessati jkellmu lill-Kappillan u/jew lis-Sagristan. 

Viva l-Qalb ta' Ġesu'!

Kan. Simon Mario Cachia

Kappillan tal-Fontana