Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Avviżi flok il-Bullettin – Il-Ħadd 17 ta’ Mejju 2020

Festa
Minħabba ċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu, il-festa titulari li s-soltu ssir fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju u li kienet ser tilħaq il-qofol tagħha l-Ħadd 14 ta’ Ġunju, din is-sena tħassret. Minkejja dan, il-Parroċċa u l-membri tal-għaqdiet qablu li l-ħarsa tagħna tkun ikkonċentrata fuq il-festa liturġika, li din is-sena ser taħbat il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju. Għaldaqstant nistgħu nħabbru li ser issir ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet, ridotti għal ġewwa l-knisja biss, u li ser jibdew mad-Disa’ Ġimgħa sal-Festa liturġika. Dawn il-festi interni ser isiru b’rispett tad-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, tal-Konferenza Episkopali Maltija u tal-Kulleġġ tal-Kappillani t’Għawdex u ser jinkludu mumenti ta’ Liturġija, ta’ katekeżi bibblika, talb u karità. Naqsam magħkom il-ferħ tiegħi u nirringrazzja minn qalbi lil kulħadd tal-maturità u tal-koperazzjoni kbira li sibt meta ġejna biex nieħdu d-deċiżjonijiet li nispostjaw mill-festa titulari għal-liturġika. Programm dettaljat tal-festa nħabbruhulkom ’il quddiem.
 
Karità
Inħabbru wkoll li l-festa tal-Qalb ta’ Ġesù ta’ din is-sena tkun festa kbira ta’ karità. Nibda nħeġġeġ minn issa lill-komunità kollha biex tibda tagħti d-donazzjonijiet tagħha għall-missjoni ta’ Dun Raymond Portelli, qassis u tabib min-Nadur u li bħalissa qed jaffronta emerġenzi kbar fil-belt tiegħu fil-Perù minħabba dan il-virus. Il-flus jistgħu jingħataw lill-Kappillan jew jintefgħu f’kaxxa apposta fil-knisja. Ejja ħa nagħmlu ġabra kbira!
 
Ġimgħat
Nhar il-Ġimgħa hija s-Sitt Ġimgħa tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-programm ikun bħas-soltu: il-knisja tkun miftuħa bejn is-7.00am-12.00pm u bejn it-3.00pm u s-6.30pm. Fis-6.30pm ngħidu r-Rużarju mill-Knisja u fis-7.00pm jkollna l-Quddiesa tal-Ġimgħat.
 
Attività fil-Parroċċa
Bħalissa għaddejja l-installazzjoni tal-loop system li ser tkun tgħin ħafna lill-persuni li jbatu mis-smigħ biex jisimgħu aħjar. Għaddej ukoll tindif f’diversi partijiet tal-postijiet tal-knisja. Grazzi kbira lill-voluntiera li qed jagħmlu xogħol siewi ħafna għalkemm ħafna drabi fil-moħbi. Navżaw li minħabba ċ-ċirkostanzi li jirrekjedu s-social distancing, f’Ġunju, Radju Sacro Cuor mhux ser ixandar skeda sħiħa. 
 
Intenzjonijiet
Ta’ matul il-ġurnata
Il-Ħadd 17 ta’ Mejju       Ġiljan, Marija u Tony Borg
It-Tnejn 18 ta’ Mejju       Toni, Marija, Ġużepp, Marija Galea u l-familja
It-Tlieta 19 ta’ Mejju       Ċikku Cardona u l-Familja Stellini
L-Erbgħa 20 ta’ Mejju    Clemenzja, Ġanni u Joe Cassar
Il-Ħamis 21 ta’ Mejju      Ċikku Cordina u l-familja Portelli
Il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju   Toni, Teresa Farrugia u l-familja Borg
Is-Sibt 23 ta’ Mejju         Rita u Joe Borg
Il-Ħadd 24 ta’ Mejju       Ġużeppa u Karmnu Curmi
 
Tal-11.30am
It-Tnejn       skont l-intenzjoni ta’ persuna
It-Tlieta       skont l-intenzjoni ta’ Jeremy Collins
L-Erbgħa    Celestino u Maria Antonia Grech
Il-Ħamis      Ġanni, Ġużepp u Toni Bajada
Il-Ġimgħa   Ġużepp, Ġinja u Jane Borg
Is-Sibt        Ċikku u Marija Attard
Il-Kappillan.