Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

AVVIŻI FLOK IL-BULLETTIN

IL-KNISJA MIFTUĦA: kuljum, mis-7.30am sad-9.00am u mill-4.00pm sal-5.30pm. Permess biss talb privat. Żommu distanza ta’ metru minn xulxin.
 
QUDDIESA LIVE: fuq Radju Sacro Cuor u l-Facebook tal-Parroċċa, fis-6.30pm u l-Ħadd fid-9.00am. Wara nitolbu l-Via Sagra.
 
TQARBIN: sospiż kemm fil-knisja u kemm fid-djar. Nitolbu t-Tqarbina tax-Xewqa.
 
ĦLAS TAL-INTENZJONIJIET: Il-ħlas għandu jsir billi wieħed jikteb l-intenzjoni li kien ibbukkja fuq karta u jagħmilha flimkien mal-flus f’envelopp fil-letterbox tad-dar tal-kappillan. L-intenzjonijiet huma mwaħħla mal-bieb tal-knisja u qed jixxandru ma’ dawn l-avviżi b’mod regolari fuq ir-radju. Qed jitqaddsu kollha.
RUŻARJU “DJOĊESAN” NHAR L-ERBGĦA: Fil-5.30pm, mistednin ningħaqdu lkoll fuq TVM2 għax-xandira diretta tal-Quddiesa u tar-Rużarju. Dakinhar ma jkollniex Quddiesa diretta mis-Santwarju tagħna.
ILBIESI TAR-REDENTUR: Dawk li kienu laħqu ġabru l-ilbiesi nitolbukom tirritornawhom mill-iktar fis. Poġġuhom fil-kappella ta’ Sant’Andrija, bl-isem fuq kull libsa. Importanti ħafna li jinġabru mill-iktar fis. 
GĦAJNUNA LILL-KNISJA: billi bħalissa m’hemm l-ebda dħul, nitlobkom tiftakru fis-Santwarju tagħna billi toffru xi donazzjoni f’envelopp b’isimkom u titfgħuha fil-letterbox tal-kappillan. Kull għotja tgħinna nkomplu s-servizzi normali.
 
INŻEJNU T-TWIEQI: fuq stedina ta’ Mons. Isqof, ejjew nuru t-tama tagħna fil-Mulej billi nżejnu t-twieqi tagħna bi xbihat il-Kurċifiss, il-Madonna, il-Qalb ta’ Ġesù jew Sant’Andrija.
TALB: hu rakkomandat li titolbu ħafna r-Rużarju, it-talba li ktibna apposta lill-Qalb ta’ Ġesù kif ukoll talb ieħor lill-Qaddisin patruni t’Għawdex tagħna.
 
Nitolbu għall-erwieħ ta’ MARIA ASSUNTA CORDINA u ta’ CARMELA MICALLEF li l-Mulej għoġbu jsejjaħ għal għandu minn ħdan il-komunità parrokkjali tagħna. Il-Mulej jagħti s-sliem lilhom u l-faraġ lill-għeżież tagħhom.
 
TOĦORĠUX MID-DAR BLA BŻONN!
Segwu r-Radju u l-internet. Kulħadd, b’mod speċjali l-anzjani, għandu jobdi d-direttivi tal-Awtoritajiet billi joqgħod ġewwa, ma joħroġx bla bżonn u jaħsel idejh tajjeb u ta’ spiss. Minn dan jiddependi jekk din l-imxija ddumx fuqna jew le. Importanti l-koperazzjoni ta’ kulħadd!

L-intenzjonijiet tal-Quddies (matul il-jum)
It-Tnejn 23 ta’ Marzu  Saċerdoti ħajjin u mejtin
It-Tlieta 24 ta’ Marzu  Familja Cutajar-Farrugia
L-Erbgħa 25 ta’ Marzu  Karmnu u Theresa Attard
Il-Ħamis 26 ta’ Marzu  Ġużepp Curmi
Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu  Anna Mercieca u l-familja
Is-Sibt 28 ta’ Marzu  Ġużi u Pawla Cassar
Il-Ħadd 29 ta’ Marzu  Toni u Ġorġa Cassar

Il-Quddiesa fuq ir-Radju tkun skont dawn l-intenzjonijiet. Il-Quddiesa tal-Ħadd, fid-9.00am, tkun għall-membri kollha tal-Parroċċa, ħajjin u mejtin. L-intenzjonijiet “tal-11.30am” qed jitqaddsu wkoll u l-ismijiet qed jixxandru fuq ir-Radju.

IL-KAPPILLAN