Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Solennità Liturġika tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju: Solennità Liturġika tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù.

10:00am: Siegħa Adorazzjoni mil-Azzjoni Kattolika;
3:00pm: Siegħa Adorazzjoni tal-Ħniena Divina;
4:00pm: Nofs siegħa Adorazzjoni għat-tfal;
5:00pm: Mons Isqof Mario Grech imexxi Siegħa Adorazzjoni flimkien mas-saċerdoti kollha tad-Djoċesi;
6:30pm: Rużarju u Kurunella.

IMPORTANTI: Din hi l-iktar ġurnata għażiża għalina. Nħeġġiġkom biex fis-7:15pm, tiġu għall-Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. Wara ċ-ċelebrazzjoni toħroġ purċissjoni bis-Sagrament Mqaddes u ssir il-Konsagrazzjoni tal-familji lill-Qalb ta’ Ġesù. Jitkanta t-Te Deum f’għeluq il-Kwaranturi Mqaddsa u Barka sagramentali. Janima l-Kor Chorus Urbanus taħt id-direzzjoni tal-Mro John Galea. It-tfal kollha tal-Ewwel Tqarbina tal-Grizma huma obbligati li jiġu lebsin il-libsa rispettiva tagħhom, joqgħodu f’postijiet riservati għalihom quddiem u jieħdu sehem fil-purċissjoni. Nittama li kulħadd jagħmel impenn biex jattendi.
Il-Purċissjoni se tkun qasira li tgħaddi minn Triq Sptar San Ġiljan, għal Triq Kappillan Ġ. Hili lejn il-knisja.
Nitlobkom biex iżżejnu t-twieqi u galleriji minn fejn se tgħaddi l-purċissjoni b’rispett lejn is-Sagrament Mqaddes.