Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Celebrazzjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa

Ħamis ix-Xirka:

Fid-9am fil-Katidral ningħaqdu mal-Isqof u d-Djoċesi għall-quddiesa tal-Griżma. Imbagħad fis-6.30pm fil-parroċċa ssir it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, Ħasil tar-Riġlejn u Translazzjoni tas-Sagrament fl-artal tar-Riposizzjoni. Adorazzjoni privata u fil-11:30pm nofs siegħa Adorazzjoni Komunitarja u nagħlqu f’nofsillejl.


Ġimgħa l-Kbira:

Fil-11am Via Sagra u 7 Visti fil-Knisja għat-tfal kollha. Fit-3pm issir it-tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej, Liturġija tal-Kelma, Ado-razzjoni tas-Salib u Rit tat-Tqarbin. In-fakkarkom li dan il-jum hu ta’ Sawm u Astinenza mill-laħam.


Sibt il-Għid:

Fit-8pm, issir is-Sahra fil-lejl Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Rit tal-mixgħela tad-dawl, Liturġija tal-Kelma, Rit tat-Tberik tal-Ilma tal-Magħmudija u Liturġija Ewkaristika.


Ħadd il-Għid:

Il-Quddies bħas-soltu: 6.30am. 8.30am, 10.30am u 4.30pm.
Wara l-quddiesa tal-10.30am noħorġu l-Istatwa tal-Rxoxt fuq iz-zuntier u mad-war il-knisja ngħidu talba, t-tfal jitilqu l-bżieżaq fl-ajru u jitqassmu il-Figolli/Bajd taċ-Ċikkulata lil dawk preżenti. Inħeġġeġ lit-tfal kollha biex jiġu għal din il-Quddiesa.


Qrar: It-Tlieta mit-8am sa 11:30am, 5pm-7pm; il-Ħamis 4pm-6:30pm; il-Ġimgħa 10am-12pm u 2pm-3pm; is-Sibt 10am-12pm.