Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Restawr tal-Faccata tal-Knisja

Bħalma għidtilkom qabel, il-parroċċa daħlet għall-proġett tar-restawr tal-faċċata tal-knisja, tal-kampnar u z-zuntier, kemm jien u kemm il-Kappillani ta’ qabli, konna ilna nisimgħu krib li l- kampnar se jaqa’ u l-faċċata fiha ħafna fili wara li ilha mil-1905 mibnija (114 sena) u l-ħtieġa ta’ manutenzjoni tal-knisja. Ilni 5 snin nippjana mal-periti, Mepa, designers, kunsulturi, project managers etc…ħallasna permessi u tal-konsultazzjoni. Veru li dan il-proġett qiegħed jiġi finanzjat parti mil-Unjoni Ewropea. Mingħajr il-fondi tal-EU żgur li qatt ma konna se naslu biex nidħlu għal dan il-proġett. Nirringrazzja lil dawk li diġà taw offerta, u inħeġġeġ oħrajn biex jgħinu mil-aħjar li jistgħu għax baqa’ wisq x’inħallsu. Kull ġimgħa fil-bullettin se nibda’ noħroġ rendikont fejn wasalna fil-ġbir.