Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Purcissjoni tal-Madonna tar-Ruzarju

Nhar il-Ħadd 7 t’Ottubru 2018 taħbat il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju, għaldaqstant se nagħmlu l-purċissjoni bil-Madonna tar-Rużarju wara l-quddiesa tal-4:30pm. Inħeġġiġkom biex ilkoll tiġu għal dik l-quddiesa u timxu wara l-purċissjoni nitolbu r-Rużarju. Ejjew nagħtu xhieda tal-fidi, inħallu kollox u niġu bħala familja, tfal, żgħażagħ u kbar nieħdu sehem f’din il-manifestazzjoni Marjana.