Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Radd il-Hajr lis-Seminarista Franklin Micallef

Din is-sena kellna magħna lis-Seminarista Franklin Micallef fejn kull weekend kien jgħin fil-Liturġija, jieħu ħsieb l-Abbatini u jagħmel laqgħat għall-Adoloxxenti/Żgħażagħ u attivitajiet oħra. Sfortunatament il-board tas-seminarju sellifulna għal sena biss u nixtiequ nirringrazzjaw lil Franklin tal-preżenza tiegħu u ta’ ħafna xogħol li għamel fil-parroċċa. Verament sibnieh utli u ta’ għajnuna kbira. Se minnisjawh ħafna. Il-quddiesa tal-10.30am il-Ħadd 16 ta’ Settembru 2018 se tkun b’radd il-ħajr u biex ngħidu Grazzi u Awguri fl-istudju tiegħu għas-saċerdozju. Wara l-quddiesa jkollna bibita u naqsmu cake flimkien fis-sala. Nitlobkom biex tiġu din il-quddiesa u ssellmu lis- Seminarista Franklin Micallef.