Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Programm Tal-Festa Liturgika u Titulari tal-Qalb ta' Gesu 2018

PROGRAMM SPEĊJALI F’GĦELUQ IL-25 SENA TAL- INKURUNAZZJONI TAL-INKWADRU TITULARI U l-125 SENA MIT-TQIEGĦED TAL-EWWEL GEBLA

TAL-FESTA LITURĠIKA U TITULARI TAL-QALB MQADDSA TA’ ĠESÙ INKURUNAT

PARROĊĊA SANTWARJU    FONTANA  -  GĦAWDEX

31 TA’ MEJJU  -  19 TA’ ĠUNJU 2018

 

Il-Ħamis 31 ta’ Mejju: Talb ta’ preparazzjoni spiritwali għall-Festa.

10:00am: Siegħa Adorazzjoni minn Joe Fenech, membru tal-Mużew u ta’ Radio Marija.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju: Jum il-Fontanin: Id-Disa Ġimgħa tal-Qalb ta’ Ġesù. L-Ewwel Ġimgħa tax-     Xahar. Jum il-Vokazzjonijiet. Nitolbu għas-Saċerdoti u Reliġużi.

6:15am: Quddiesa

7:00am: Quddiesa u wara tibda Ġurnata Adorazzjoni Solenni.

8:30am:Pellegrinaġġ mit-tfal tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù fejn issir quddiesa konċelebrata mill-Isqof Mario Grech, is-Surmast Kan Noel Saliba, fis-Santwarju tagħna fl-okkażjoni tal-Eucharistic day u wara purċissjoni bis-Sagrament lejn l-Iskola fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

9:30am: Nofs siegħa Adorazzjoni mil-Legion of Mary.

10:00am: Siegħa Adorazzjoni mil-Azzjoni Kattolika.

3:00pm: Siegħa Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

4:00pm: Nofs siegħa Adorazzjoni għat-tfal.

6:30pm: Rużarju u Barka Sagramentali.

7:00pm: Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons Rużar Borg bis-sehem tal-Fontanin  li joqogħdu barra mill-parroċċa, animata mill-Kor Chorus Urbanus taħt it-tmexxija tas-Surmast John Galea.

7:45pm: Ħruġ tal-Istatwa Maestuża tal-Qalb ta’ Ġesù minn niċċa waqt il-kant tal-Innu Popolari, Kurunella u talb tal-ġemgħa. Wara bibita u tifkira għal kulħadd fuq iz-zuntier.

9:00pm: Quddiesa u Kurunella.

Is-Sibt 2 ta’  Ġunju: Jum L-Adolexxenti

7:15pm: L-E.T. Mons Isqof Mario Grech jamministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof  lil għaxar Adolexxenti mill-parroċċa tagħna animata mil-Kor Chorus Urbanus.

Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju: Corpus Christi : Jum l-Ewkaristija.

10:30am: Quddiesa solenni li fiha l-Kappillan Kan John Muscat jamministra s-Sagrament tal-Ewkaristija, tal-Ewwel Tqarbina lil tmien ċkejknin tagħna, animata mil-Kor Chorus Urbanus.

L-Erbgħa  6 ta’ Ġunju: L-ewwel Jum tal-Kwaranturi.  Jum il-Katekisti.

7:00am: Quddiesa  u wara tibda ġurnata Adorazzjoni Solenni.

6:45pm: Rużarju.

7:00pm:Konċelebrazzjoni Solenni minn Mons Isqof Mario Grech għas-Soċji u Katekisti kollha  t’Għawdex bħala konkluzjoni tas-Sena Kateketika.Wara l-konċelebrazzjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn Mons Rużar Borg. Janima l-Kor Chorus Urbanus taħt id-direzzjoni tal-Mro John Galea.

Il-Ħamis 7 ta’ Ġunju: It-Tieni Jum tal-Kwaranturi u  Jum l-Abbatini

7:00am: Quddiesa u wara tibda ġurnata Adorazzjoni Solenni.

6:45pm: Rużarju.

7:00pm: Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija u jippriedka l-Kappillan tal-Munxar Dun Michael Said (bin il-parroċċa) li fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda. Wara l-konċelebrazzjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn Mons Salv Tabone. Janima l-Kor Chorus Urbanus.

8:30pm: Quddiesa ċċelebrata minn Mons Rużar Borg u wara jibda lejl Adorazzjoni Ewkaristika li tagħlaq b’quddiesa f’nofsillejl li twassalna għas-Solennità Liturġika tal-Qalb ta’ Ġesù.

Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju: Solennità Liturġika tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù.

Jum Dinji tal-Qdusija tas-Saċerdoti.

Qrar:   Mis-6:00am sat-8:00am, Is-Saċerdot ikun disponibbli kwarta qabel u kwarta wara kull quddiesa għall-qrar. Matul il-ġurnata l-Kappillan ikun disponibbli għall-qrar, imbagħad mis-6:00pm ‘l quddiem ikun hemm saċerdoti barranin għall-qrar.

Quddies: Illum fil-quddies kollu 6:15am: Dun Gorg Vella; 7:00am: Dun Manwel Cordina; 11:30am: Mons Salv Tabone, isir ħsieb qasir fuq il-Qalb ta’ Ġesù.

7:30am: Tibda ġurnata Adorazzjoni Solenni.

9:00am: Pellegrinaġġ mit-tfal tal-Gozo College  (Skola Primarja tal-Vajringa), fejn issir quddiesa kon-ċelebrata mill-Kappillan Kan John Muscat flimkien mal-Arċiprieti tar-Rabat, Mons Joseph Sultana (Katidral) u Mons Joseph Curmi (San Ġorġ) fis-Santwarju tagħna fl-okkażjoni tal- Eucharistic day, u wara purċissjoni bis-Sagrament lejn l-Iskola.

5:00pm: Mons Isqof Mario Grech imexxi Siegħa Adorazzjoni flimkien mas-saċerdoti kollha tad-Djoċesi.

6:30pm: Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. Janima l-Kor Chorus Urbanus. Wara ċ-ċelebrazzjoni toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament Mqaddes immexxija mil-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi u Arċidjaknu tal-Katidral Mons Tarcisio Camilleri. Matul il-purċissjoni jsiru diversi waqfiet li fihom tingħata l-Barka Sagramentali. Issir il-Konsagrazzjoni tal- familji lill-Qalb ta’ Ġesù u jitkanta t-Te Deum f’għeluq il-Kwaranturi Mqaddsa.

9:00pm: Quddiesa mill-Kappillan u Kurunella.

Is-Sibt 9 ta’ Ġunju:  Jum il-familja. Qima lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija.

9:00am: Quddiesa mill-Kappillan  għat-tfal kollha f’għeluq l-istaġun tad-Duttrina , bis-sehem tal-grupp tal-kitarri “Qlub Ferħana Fontanin”, jingħataw premjijiet għall-aħjar attendenza u wara l-Quddiesa nikkonsagraw lit-tfal taħt il-protezzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù.

6:30pm: Rużarju, Kurunella u Barka Sagramentali.

7:00pm: Quddiesa għall-familji kollha mill-Kappillan Dun John Muscat animata minn Ermeline Dingli  u Chris Galea, li fiha l-Kappillan jagħti ċ-Ċertifikati lill-għarajjes li lestew il-kors ta’ tħejjija taż-Żwieg u jġeddu l-wegħdiet taż-Żwieg dawk preżenti li qed jiċċelebraw il-25, 30, 40 u 50 sena anniversarju miż-Żwieġ tagħhom. Tingħata tifkira.

8:00pm: BBQ kbir,  Entertainment  u Tombla b’risq il-festa fuq iz-zuntier.

Il-Ħadd 10 ta’ Ġunju:    Jum it-Tfal u tal-Kitarri.

4:30pm: Quddiesa ta’ ringrazzjament bis-sehem tal-grupp tal-Kitarri “Qlub Ferħana Fontanin” tal-parroċċa mmexxija minn Sr Ġuża Cardona u wara ssir Festa Tfal, bil-mużika animata minn Animator. Se jkun hemm bouncing castle, climber u Big Slide, balloon modelling u party fuq iz-zuntier organizzata mill-Kunsill Lokali Fontana b’kollaborazzjoni mal-parroċċa

It-Tnejn 11 ta’ Ġunju: Jum il-Voluntiera.

6:00pm: Car-cade minn fejn l-artist Michael Camilleri Cauchi, in-Nadur għall-Knisja bl-Istatwa  tal-Qalb ta’ Ġesù ta’ barra li ġiet indurata u rrestawrata mil-ġdid.

7:00pm:Quddiesa għall-voluntiera kollha tal-Armar, tan-Nar, tindif, tal-fjuri, liturġija u dawk

 kollha li jgħinu fil-knisja.

It-Tlieta 12 ta’ Ġunju: Jum il-Fratelli u tal-Liturġija.

6:00pm: Wasla tar-Relikwa Unika u Speċjali mislufa ġentilment  mit-teżor tar-Reverendu Kapitlu tal-Katidral ta’ l-Mdina, Malta, Relikwa tax-Xewka ta’ Kristu mċappsa bid-demm f’ostensorju filegran tad-deheb u fidda u li ġiet mogħtija mil-Inkwiżitur Antonio Ruffo f’1727 u eventwalment mill-Isqof Fra Alpheran de Bussan tal-Kavallieri ta’ Malta. Ir-Relikwa titwassal proċessjonalment mit-tarf ta’ Triq Sptar San Ġiljan lejn il-knisja bis-sehem tal-Kleru u Fratellanzi. Il-poplu mistieden jakkompanja wkoll ir-Relikwa sal-Knisja. Ir-Relikwa tkun esposta fin-niċċa matul il-jiem tal-Festa.

6:30pm: Rużarju, Barka Sagramentali u quddiesa.

L-Erbgħa 13 ta’ Ġunju: L-Ewwel Jum tat-Tridu. Jum iz-Żgħażagħ.

6:45pm:Rużarju.

7:00pm: Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Dun Manwel Cordina, jippriedka Dun Simon Cachia SThB, BscEd Delegat tal-Isqof ta' Għawdex għall-Katekeżi tat-Tfal u wara t-tqarbin tingħad talba għall-Katekisti. Wara l-konċelebrazzjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn Mons Salv Tabone.  Ikanta l-Kor Chorus Urbanus.

Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju: It-Tieni Jum tat-Tridu.  Jum l-Għaqdiet.

6:45pm: Rużarju.

7:00pm: Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Dun Ġorġ Vella, jippriedka   Dun Simon Cachia SThB, BscEd Delegat tal-Isqof ta' Għawdex għall-Katekeżi tat-Tfal u wara it-tqarbin tingħad talba għall-membri tal-Għaqdiet fi ħdan il-parroċċa. Wara l-konċelebrazzjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn Dun Manwel Cordina.  Ikanta l-Kor Chorus Urbanus.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju:  It-Tielet Jum tat-Tridu. Jum il-vokazzjonijiet.

6:45pm: Rużarju.

7:00pm: Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Mons Salv Tabone jippriedka Dun Simon Cachia SThB, BscEd Delegat tal-Isqof ta' Għawdex għall-Katekeżi tat-Tfal u wara t-Tqarbin issir talba għall-Vokazzjonijiet. Wara l-konċelebrazzjoni tingħad il-Kurunella, titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn Dun Ġorġ Vella.  Ikanta Kor Chorus Urbanus.

9:30pm: Il-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala tibda marċ minn Triq Għajn Tuta għal quddiem iz-zuntier minn fejn takkumpanja d-dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù mat-toroq tal-parroċċa. Mal-wasla tal-vara fejn il-knisja, il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana flimkien ma’ Critical Events tipprezenta spettaklu ta' nar, fjammi, karti, dawl u viżwal sinkronizzati mal-mużika ta' Dj Remii live, fl-okkażjoni tal-25 sena mill-inkurunazzjoni tal-Inkwadru Titulari u 125 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla. Matul il-marċ isir il-ħruq tan-nar minn diversi postijiet. Mat-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestal tagħha u fost il-briju organizzat miż-żgħażagħ, tindaqq id-diska anniversarja, mużika ta' Dominic Cini, lirika Joseph Mercieca u Franklin Cardona; tkanta Antonella Rapa.

12:00pm: Logħob tan-nar bis-sistema fireTEK  mill-għaqda tan-Nar Fontana.

Is-Sibt 16 ta’ Ġunju:  Lejlet il-Festa Titulari.    Jum l-Anzjani u l-Morda.

10:00am: Konċelebrazzjoni mmexxija minn Kan Joe Cardona,  Kappillan tal-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Mistednin dawk il-morda jew anzjani tal-parroċċa li jistgħu jiġu l-knisja flimkien mar-residenti ta’ Sant’Anna mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex u dawk  li huma fid-djar tal-Anzjani bħalma hi dik ta’ Pompej u oħrajn.  Trasport provdut u jkun hemm ners disponibbli. Muzika animata minn Ermeline Dingli u Chris Galea. Wara l-quddiesa jsir il-kant tat-Te Deum.  Bibita għal kulħadd fuq iz-zuntier.

6.00pm: Il-kleru joħroġ mill-knisja għal-kunvent ta’Santu Wistin.

6.15pm:Translazzjoni solenni bir-relikwa tas-Salib Imqaddes, immexxija  mill-Kolloboratur Parrokkjali Patri Adeodato Schembri OSA, li titlaq mill-Kunvent ta’ Santu Wistin ir-Rabat lejn il-knisja akkompanjata minn bosta fratellanzi oħra. Kant tal-Antifona u l-Ewwel Għasar tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù u Barka Sagramentali. Mistednin il-Kavallieri u d-Dami tal-Ordni  Ekwestrali tas-Santu Sepulkru.

7:00pm: Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Kolloboratur Parrokkjali Patri  Adeodato Schembri OSA li fiha jippriedka fuq il-Qalb ta’ Ġesù.

8:45pm: Il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana tippreżenta pre party fi Triq Kappillan Ġużepp Ħili bis-sehem ta' Dj Remii u J JOY. 

9:30pm: Il-Banda La Stella tar-Rabat tibda marċ minn Triq ta’ Mulejja għal Triq Sptar San Ġiljan għal Triq Santa Dminka,  Triq il-Kappillan Ġużepp Ħili u Triq il-Għajn u tasal quddiem il-knisja,għall-ħabta tal-10:45pm

10:45 pm Spettaklu tal-logħob tan-Nar sinkronizzat mal-Mużika ‘Fountain of Colours’,

b’diversi fetħiet tal-kulur u blalen fuq diversi qisien.

11.30pm:L-banda ddoqq Innu l-Kbir tal-Qalb ta’ Ġesù.  Versi ta’ Patri Akkursju Xerri OFM u mużika ta’ Mro Vincent Ciappara, bis-sehem tas-solisti Noel Galea u Mario Portelli

11:50pm: Wara l-Innn l-Kbir se jittella’ Feature Awdju-Viziv fuq l-Anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni  tal-Inkwadru mill-Kunsill Lokali Fontana bil-kolloborazzjoni tal-Kumitat Festi Esterni.

12:00pm: Titilfux wirja kolossali u unika għal Għawdex, tal-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat mill-Għaqda tan-Nar Fontana.

Il-Ħadd 17 ta’ Ġunju: Jum il-Festa Titulari tal-Parroċċa tal-Fontana.

Jum il-Benefatturi Ħajjin u Mejtin.

Quddies:  6:30am. Dun Ġorġ Vella u 7:30am Mons Salv Tabone.

9:00am: Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech, Isqof tad-Djoċesi tagħna flimkien mal-Kappillan u l-eks-kappillani, Kleru u saċerdoti ħbieb tal-parroċċa. Mons Carmelo Refalo, Arcipriet tal-Parroċċa Marija Bambina fix-Xagħra jagħmel l-omelija  f’ġieħ il-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù. Mistiedna l-Kavallieri u Dami tal-Ordni Papali tas-Santu Sepulkru. F’dan il-Pontifikal Solenni, il- Kor Chorus Urbanus jesegwixxi l-Quddiesa b’erba vuċijiet Fons Vitae, kompożizzjoni u direzzjoni tal-Mro Dr John Galea.

Quddies: 11:00am : Fr Charles Cini SDB, u 5:30pm Dun Manwel Cordina.

12:00pm: Marc brijuż ta’ filgħodu mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat li jibda’ minn ħdejn tal-Pools,Triq Sptar San Ġiljan lejn il-Knisja. 6:30pm: Kant tat-Tieni Għasar tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù mmexxija minn Mons Rużar Borg, bin il-parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù u Monsinjur tal-Katidral.

7:15pm: Ħruġ tal-Istatwa devota tal-Qalb ta’ Ġesù u tislima mill-banda La Stella tar-Rabat, bid-daqq tal-Innu l-Kbir tal-Qalb ta’ Ġesù, versi ta’ Patri Akkursju Xerri OFM u mużika ta’ Mro Vincent Ciappara, bis-sehem tas-solisti Noel Galea u Mario Portelli.  Puċissjoni solenni mmexxija minn Mons Carmelo Refalo, Arċipriet tal-Parroċċa Marija Bambina fix-Xagħra bis-sehem tal-banda  La Stella. Mistiedna l-Kavallieri  u d-Dami tal-Qabar ta’ Kristu.

8:00pm: Il-Banda  Prekursur tax-Xewkija tibda’ marċ minn Triq il-Kappillan  Ġużepp Ħili għal quddiem il-knisja fejn imbagħad l-istess banda tesegwixxi programm mużikali fuq iz-zuntier sad-dħul tal-purċissjoni.

10:00pm: Dħul tal-purċissjoni, Antifona u Barka Sagramentali minn Mons Carmelo Refalo President tal-Kulleġġ tal-Kappillani.

10:30pm: Il-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala tibda marċ brijuż li jitlaq minn Triq il-Qalb ta’ Ġesù, jgħaddi għal-Triq il-Għajn u jieqaf quddiem il-Knisja.

It-Tnejn 18 ta’ Ġunju: Il-25 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Inkwadru Titulari.

7:00pm:Quddiesa ta’ radd il-ħajr, konċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP. Mistednin dawk kollha li ħadu sehem mill-organizzazzjoni tal-festa. Wara tinkixef lapida kommemorattiva fuq iz-zuntier mal-faċċata tal-Knisja.

It-Tlieta 19 ta’ Ġunju: Pellegrinaġġ għal Burmarrad, Malta.

4:30pm  Pellegrinaġġ għall-parroċċa tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija ta’ Burmarrad, Malta li hi ġemellata spiritwalment mal-parroċċa tagħna, fejn il-kappillan Kan John Muscat  imexxi quddiesa fil-programm tal-festa Liturġika tal-parroċċa tagħhom. Nitilqu mal-vapur tal-5:00pm.

                 Dan il programm kollu ser jixxandar fuq ir-Radio tal Parroċċa Sacro Cuor 105.2 FM

                       *25 persuna taw id-demm fl-Sptar Ġenerali t’Għawdex bħala proġett tal-25 sena anniversarju tal-Inkurunazzjoni.

V  I  V  A       I  L  -    Q  A  L  B    T  A’   Ġ  E  S  Ù

     Opri Ġodda Parroċċa

  • Diversi kostuni ġodda Bibbliċi għall-Purċissjoni tar-Redentur.
  • Salib ġdid għall-Istatwa tar-Redentur.
  • 2 trieħi tal-festa għal-gredenzini.

      Opri Ġodda Armar

  • Restawr tal-istatwa tad-Dimostrazzjoni, minn Michael Camilleri Cauchi
  • Raġġieri għall-istatwa tad-Dimostrazzjoni, xogħol Johnny Micallef, disinn ta’ Adonai Camilleri Cauchi
  • Bidu tal-induratura tal-Pedestall il-kbir
  • Skultura ġdida tal-injam, għall-faċċata tal-Pedestall il-kbir, xogħol id- dilettanti tal-armar
  • Taraġ ġdid għall-Pedestall il-kbir
  • Żewġ pedestalli ġodda, għall-Qalb ta’ Marija u għall-Qalb Safja ta’ Ġużeppi, xogħol Ino Attard, fuq disinn ta’ Adonai Camilleri Cauchi
  • Anġlu ġdid maħdum minn Josef  Mizzi
  • Restawr ta’ żewġ brazzi li se jintużaw biex jikkomplementaw iż-żewġ anġli
  • Restawr ta’ anġlu ta’ Karlu Darmanin, minn Josef Mizzi
  • 6 pitturi għall-pavaljuni ta’ Triq il-Kappillan Ġużepp  Ħili, xogħol Josef Camilleri, fuq disinn ta’ Joseph Cauchi
  • 3 settijiet ġmiemel ġodda ndurati għall-pavaljuni ta’ Triq il-Kappillan Ġużepp  Ħili, fuq disinn ta’ Joseph Cauchi
  • Titkompla l-iskultura  u l-induratura tal-Fiber fuq il-pedestalli, fuq disinn ta’ Manwel Grech
  • Faċċata bl-iskultura ġdida tal- Fiber, għall-pedestal tal- istatwa  l-antika tad-dimostrazzjoni. Mudellar tat-tafal xogħol id-dilettanti tal- armar
  • Triq bl- LED’s  għal Triq l-Isptar San Ġiljan u parti minn Triq Santa Dminka
  • Restawr u nduratura mill-ġdid tal-iskultura ta’ wieħed mit-Trofej
  • Restawr u nduratura tal- aħħar 5 settijiet ġmiemel għall-pavaljuni ta’ Triq il-Għajn
  • Manutenzjoni fuq 6 arbli li jintużaw għall-Triq Gaspard Le Marchant
  • 5 skritturi tal-Fiber bl- ismijiet tal-personaġġi għall-purċissjoni tar-Redentur

Drittijiet ta’ żewġ marċijiet li se jindaqqu għall-ewwel darba fir-raħal tagħna, fl- okkazzjoni tal-festi speċjali. ‘’RANDICH’’ kompożizzjoni ta’ Elton Lee Abela. ‘’FIESTA’’ kompożizzjoni tal-Maġġur Anthony Aquilina.

Kmamar tan-nar li se jipparteċipaw fil-jiem tal-Festa

Madonna tal-Virtù - Għarb; Qalb ta’ Ġesù Fontana Brothers - Għarb; Lourdes - San Ġwann,  St Michael’s - Lija, St Sebastian - Qormi, St Mary - Qrendi, 25th November – Żejtun, 12th May – Żebbuġ, La Stella - Gudja.