Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Programm tal-Festa f'Gieh Sant' Andrija Appostlu Patrun tal-Parrocca taghna u tas-Sajjieda

Is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017: Serata Divertenti ta’ Sant’Andrija

7:15pm  Serata ta’ Mużika, Kant, Kummiedji u play qasira mtellgħa mill-Kunsill Lokali Fontana bil-kollaborazzjoni tal- Kummissjoni  Żgħażagħ Fontana għal kulħadd b’xejn fis-sala tal-Komunità. Wara jkun hemm resfreshments.

L-Erbgħa 29 ta’ Novembru 2017 : L-Ewwel Jum tat-Tridu

5:30pm Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija.

6:00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Salv Tabone. Jippriedka Dun John Meilak SThB Kappillan tal-Sptar Ġenerali t’Għawdex u Kollaboratur fil-parroċċa ta’ San Ġwann Battista x-Xewkija, bis-sehem tat-tfal tad-Duttrina Year 1 u 2.

7:00pm Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija u Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2017: It-Tieni Jum tat-Tridu: Festa Liturġika.

5:30pm Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija.

6:00pm  Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Manwel Cordina. Jippriedka Dun John Meilak SThB Kappillan tal-Sptar Ġenerali t’Għawdex u Kollaboratur fil-parroċċa ta’ San Ġwann Battista x-Xewkija  bis-sehem tat-tfal tad-Duttrina Year 3 u 4.

7:00pm Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija Appostlu. Barka Sagramentali.

                       

Il-Ġimgħa 1 ta’ Dicembru 2017 : It-Tielet Jum tat-Tridu

5:30pm Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija Appostlu.

6:00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Ġorġ Vella VP li fiha infakkru Jum il-Fontana. Jippriedka Dun John Meilak SThB  Kappillan tal-Sptar Ġenerali t’Għawdex, u Kollaboratur fil-parroċċa ta’ San Ġwann Battista x-Xewkija bis-sehem tat-tfal tad-Duttrina Year 5, 6 u 7.

7:00pm Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija u Barka Sagramentali.

7:30pm Ftuħ tal-Mini Fiera fiċ-Ċentru Parrokkjali.

 Is-Sibt 2 ta’ Dicembru 2017 : Lejlet il-Festa Parrokkjali

9:00am  Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Kan Dun John Muscat għat-tfal u l-adoloxxenti bis-sehem tal-Grupp tal-kitarri: “Qlub Ferħana Fontanin”.

5:30pm  Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija Appostlu.

6:00pm  Translazzjoni tar-Relikwija ta’ Sant’Andrija Appostlu u kant tal-Innu. Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Rużar Borg  b’Għasar integrat, li fiha jinseġ  omelija dwar l-Appostlu Sant’ Andrija. Waqt il-quddiesa isir it-tberik tal-għodod tas-sajd tradizzjonali. Mistiedna s-Sajjieda Għawdxin.

7:00pm  Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija. Barka Sagramentali.

7:30pm  Ikla Tradizzjonali ta’ Sant’Andrija fis-Sala Parrokkjali. Mistieden kulħadd.

Il-Ħadd 3 ta’ Dicembru 2017    Festa  Parrokkjali

Quddies bħas-soltu: 6:30am; 8:30am; u 10:30am.

3:15pm: Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija Appostlu.

3:45pm:  Pontifikal Solenni mmexxi minn Mons Isqof Mario Grech li fih jagħmel omelija dwar l-Appostlu Andrija. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna l-Iskoċċiżi  residenti f’Għawdex, St Andrew’s Church for the Scots (Malta) dawk li jisimhom għal Sant’Andrija u s-sajjieda Għawdxin, membri tal-Kunsill Lokali tal-Fontana, Kappillan, Parruċċani u Kunsill Lokali Ħal-Luqa, u Ċentru Pastorali Sant’Andrija  tal-Mosta, Malta.  Jipparteċipaw it-tfal tad-Duttrina.

4:45pm: Ħruġ tal-Purċissjoni mmexxija minn Dun John Meilak bl-istatwa artistika u devota ta’ Sant’Andrija, xogħol tal-istatwarju Karlu Mallia, akkumpanjata mill-Banda Prekursur tax-Xewkija. Wara l-purċissjoni titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara l-Barka jkun hemm  il-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat.   

7:30pm Kunċert bl-Orgni fil-Knisja ‘From Bach u Schumann’ minn Dr Diego Cannizzaro minn Sqallija, Espert fl-Orgnijiet barokki sponsorjat minn visitgozo.com, il-ministeru ta' Għawdex, l-Istituto Italiano di Cultura, u  l-MTA fi ħdan il-Malta International Organ Festival.  Artistic Director: Joseph Lia. Wara jkollna Refreshments fis-Sala Parrokkjali

 

≈  S A N T’ A N D R I JA   I T L O B    G Ħ A L I NA  ≈

L-Erbgha u Hamis tat-Tridu l-mużika tkun animata mil-orkestrina “Qalb ta’ Ġesu” tal-parroċċa tagħna u l-organista Ivan Attard. Il-Gimgha iddoqq Marita Debattista Bigeni u tkanta Dorienne Portelli. Nhar il-festa jieħdu sehem il-Kor “Stella Maris” taħt id-direzzjoni tal-Mro. Carmel Peter Grech, u l-organista Ivan Attard.     

 In-nar tal-festa hu maħdum mill-membri tal-Għaqda tan-nar Fontana, fil-kamra tan-nar “Madonna tal-Virtu” u l-Għaqda “Qalb ta’ Ġesù - Fontana Brothers fireworks”.