Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

Ħamis ix-Xirka: Fid-9am fil-Katidral ningħaqdu mal-Isqof u d-Djoċesi għall-quddiesa tal-Griżma, Tberik taż-Żjut u Tiġdid tal-Wegħdiet Saċerdotali. Nitolbu għas-Saċerdoti u għal iktar vokazzjonijiet. Imbagħad fis-6.30pm fil-parroċċa ssir it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, Ħasil tar-Riġlejn u Translazzjoni tas-Sagrament fl-artal tar-Riposizzjoni. Adorazzjoni privata u visti lis-Sagrament. Fil-11:30pm nofs siegħa Adorazzjoni Komunitarja u nagħlqu f’nofsillejl.

Ġimgħa l-Kbira: Fil-11am Via Sagra u 7 Visti fil-Knisja għat-tfal kollha. Fit-3pm issir it-tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej, Liturġija tal-Kelma, Adorazzjoni tas-Salib u Rit tat-Tqarbin. Infakkarkom li dan il-jum hu ta’ Sawm u Astinenza mill-laħam. Ilum nagħmlu xi sagrifiċċju.

 Sibt il-Għid: Fit-8pm, issir is-Sahra fil-lejl Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet. Rit tal-mixgħela tad-dawl, Liturġija tal-Kelma, Rit tat-Tberik tal-Ilma tal-Magħmudija u Liturġija Ewkaristika. Nitolbu biex tissaħħaħ il-fidi tagħna.

Ħadd il-Għid: Il-Quddies ikun bħas-soltu: 6.30am. 8.30am, 10.30am u 4.30pm. Navża li wara l-quddiesa tal-10.30am noħorġu l-Istatwa tal-Rxoxt fuq iz-zuntier u madwar il-knisja bil-Palm f’idejna, ngħidu talba, t-tfal jitilqu l-bżieżaq fl-ajru u jitqassmu il-Figolli / Bajd taċ-Ċikkulata lil dawk preżenti. Inħeġġeġ lit-tfal kollha biex jiġu għal din il-Quddiesa.

Qrar: It-Tlieta 5pm-6pm; il-Ħamis 4pm-6pm; il-Ġimgħa 10am-12pm u 2pm-3pm; is-Sibt 10am-12pm.