Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

B'niket inhabbru l-Mewt tal- Ex Kappillan taghna dun Lino Vella

Dun Lino Vella ( 1961 - 2017)

It-tmien Kappillan tal-Fontana huwa Dun Lino Vella. Twieled fl-1 ta' Gunju 1961 bin Louis u Carmen inwielda Micallef.

Attenda l-iskoa tas-Sorijiet Karmelitani u l-iskola primarja ta' Kercem, u wara l-iskola sekondarja Ninu Cremona fir-Rabat, f'Settembru 1978 beda l-formazzjoni ghas-sacerdozju fis-Seminarju tal-Qalb ta' Gesu. Bejn l-1982-1983, matul is-sena intermedjarja wettaq xoghol ta' gwida fil-katakombi ta' San Bastjan f'Ruma. Gie ordnat sacerdot fit-28 ta' Gunju 1986.

Lura f'Ghawdex, Dun Lino hadem principalment fil-qasam edukattiv fis-Seminarju Minuri ta' Ghawdex. Matul dawn is-snin ghallem diveri suggetti u kien jaghmel parti mit-tmexxija tal-istess skola. ghal xi zmien kien responsabbli miz-zghazagh fil-parrocca ta' Kercem. Kien ukoll direttur spiritwali tal-Ghaqda Muzikali San Girgor ta' Kercem.

Fis-17 ta' Settembru 2007 l-Isqof ta' Ghawdex Mario Grech hatar lil Dun Lino bhala t-tmien kappillan tal-parrocca tal-Fontana. Ha l-pussess fit-18 ta' Novembru tal-istess sena.

mill-ewwel beda jippjana kif ghandu jahdem ghall-gid tal-parruccani minghajr ebda distinzjoni. Beda jahseb kif ser jorganizza l-hidma pastorali, u jigbed lill-poplu lejn il-Qalb ta' Gesu. Beda jghallem permezz tax-xandir tta' Alla, organizza l-festa ta' Sant Andrija u l-festi tal-Milied. kompla l-hidma tieghu b'hegga sakemm giet marda fuqhu tant li kellu jieqaf minn kappillan. Irrezenja minn kappillan b'mod ufficjali f'Novembru tal-2008.

L-iskrittura tghidilna: Dan ghandhom tkun tafu, huti gheziez: li quddiem il-Mulej jum wiehed hu bhal elf sena, u elf sena bhal jum wiehed ( 2 Pt 3,8 ). U dan nistghu napplikawh ghall-parrokkat ta' Dun Lino. Dan l-ahhar kien jaghmel parti mill-istaff tas-Seminarju Minuri ta' Ghawdex.