Parroċċa Qalb ta' Ġesù - Fontana

Programm tal-festa f'gieh Sant' Andrija Appostlu Patrun tal-Parrocca taghna u tas-Sajjieda

Il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2016.    

7:00pm         Kunċert bl-Orgni u Klarinet fil-Knisja. Yfynke Hoogeveen u Erwin Wiersinga  (Nethderlands)  sponsorjat mill-Uffiċċju tal-Kultura għal Għawdex u mil-Malta International Organ Festival.

L-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2016 : L-Ewwel Jum tat-Tridu

5:30pm         Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija.

6:00pm         Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Salv Tabone. Jippriedka Dun Geoffrey  G. Attard M.Th., M.Lit, għalliem is-Seminarju Minuri bis-sehem tat-tfal tad-Duttrina Year 1 u 2.

7:00pm         Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija u Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2016: It-Tieni Jum tat-Tridu

5:30pm         Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija.

6:00pm         Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Manwel Cordina. Jippriedka Dun Geoffrey Attard, għalliem is-Seminarju Minuri bis-sehem tat-tfal tad-Duttrina Year 3 u 4.

7:00pm         Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija Appostlu. Barka Sagramentali.      

Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2016 : It-Tielet Jum tat-Tridu

5:30pm         Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija Appostlu.

6:00pm         Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Ġorġ Vella VP. Jippriedka Dun Geoffrey Attard, għalliem is-Seminarju Minuri bis-sehem tat-tfal tad-Duttrina Year 5 u 6.

7:00pm         Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija u Barka Sagramentali.

7:30pm         Ftuħ tal-Mini Fiera fiċ-Ċentru Parrokkjali.

                    IKLA tradizzjonali ta’ Sant’Andrija fis-Sala Parrokkjali.

Is-Sibt 26 ta’ Novembru 2016 : Lejliet il-Festa Parrokkjali

9:00am         Quddiesa mmexxija mill-Kappillan Kan Dun John Muscat għat-tfal u l- adoloxxenti bis-sehem tal-Grupp tal-kitarri: “Qlub Ferħana Fontanin”.

5:30pm         Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija Appostlu.

6:00pm         Translazzjoni tar-Relikwija ta’ Sant’Andrija Appostlu u kant tal-Innu.             Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons Rużar Borg  b’Għasar integrat, li fiha jinseġ  omelija dwar l-Appostlu Sant’ Andrija. Waqt il-quddiesa isir it-tberik tal-għodod tas-sajd tradizzjonali. Mistiedna is-sajjieda Għawdxin.

7:00pm         Kant tal-Innu Popolari lil Sant’Andrija. Barka Sagramentali.

7:15pm         Serata ta’ Mużika, Kant, Kummiedji u play qasira mtellgħa mill-Kummissjoni  Żgħażagħ Fontana bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Fontana għal kulħadd fis-sala tal-Komunità. Wara jkun hemm resfreshments.

Il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2016    Festa  Parrokkjali

Quddies bħas-soltu: 6:00am; 7:00am; 8:30am; 10:30am.

3:15pm:       Talba tar-Rużarju. Kurunella lil Sant’Andrija Appostlu.

3:45pm:       Pontifikal Solenni mmexxi minn Mons Isqof Mario Grech li fih jagħmel

omelija dwar l-Appostlu Andrija. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna l-Iskoċċizi  residenti f’Għawdex,  St Andrew’s Church for the Scots (Malta) dawk li jisimhom għal Sant’Andrija u s-sajjieda Għawdxin, membri tal-Kunsill Lokali tal-Fontana, Kappillan,Parruċċani u Kunsill Lokali Ħal-Luqa, u Ċentru Pastorali Sant’Andrija  tal-Mosta, Malta.  Jipparteċipaw it-tfal tad-Duttrina. 

4:45pm:        Ħruġ tal-Purċissjoni mmexxija minn Dun Geoffrey Attard bl-istatwa artistika u devota ta’ Sant’Andrija, xogħol tal-istatwarju Karlu Mallia, akkumpanjata mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat. Mad-dħul tal-purċissjoni, logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika u wara titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara l-Barka jkun hemm  il-logħob tan-nar tal-art u Refreshments fis-Sala Parrokkjali.

L-Erbgħa 30 ta’ Novembru 2016 - Festa  Liturġika   Quddiesa fis-6.00pm.

Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2016 - Jum Fontana fis-7.00pm fis-Sala tal-Komunita’

 

≈  S A N T’ A N D R I JA   I T L O B    G Ħ A L I NA  ≈

  • Fil-jiem tat-Tridu l-mużika tkun animata mil-orkestrina “Qalb ta’ Ġesu” tal-parroċċa tagħna. Lejliet il-Festa ddoqq Ermeline Dingli. Nhar il-festa jieħdu sehem il-kor u l-orkestra “Stella Maris” taħt id-direzzjoni tal-Maestro Carmel Peter Grech.
  • In-nar tal-festa hu maħdum mill-membri tal-Għaqda tan-nar Fontana, fil-kamra tan-nar “Madonna tal-Virtu” u l-Għaqda “Qalb ta’ Ġesù - Fontana Brothers fireworks”.